Irridu nwelldu mill-ġdid t-tamiet għal dan il-pajjiż. Ħadd minnha ma jista' jibqa' sieket u indifferenti quddiem l-avvenimenti u l-ġrajjiet li esperjenzajna lkoll flimkien. Huma ġrajjiet għax uliedna sejrin jiġġudikawna fuqhom. Huma avvenimenti għax għexnihom u rajnihom jiżviluppaw quddiem għajnejna kuljum.
Il-politika hija għodda b'saħħitha u nobbli meta tintuża sew biex toħloq il-ġid, ix-xogħol u l-għaqda. Ma rridx nara lil Malta tkompli titmexxa b'kontinwita' fuq gidba ta' Joseph Muscat. Moviment li wiegħed terremot kif fil-fatt sar. Governanza ta' intriċċi, frameups, skandli, impunita' u korruzzjoni.
Għal dan kollu jħallas il-ħaddiem u tbati reputazzjoni ta' pajjiż, kredibilita' ta' ġens. Irridu nirrestawraw mill-qiegħ ir-reputazzjoni tal-pajjiż. Dan it-tindif qatt ma jista' jsir minn min wassal lil dan il-pajjiż sax-xifer.
Wara ġimgħat ta' ħsieb flimkien mal-familja tiegħi ddeċidejt. Irrid nara lil pajjiżi nazzjon normali. Irrid nara l-verita' kollha kemm hi. Il-politika tas-sewwa mhux napprezzaha, inħobbha daqs il-bandiera Maltija. Il-politika servizz, dedikazzjoni, altruwiżmu u sagrifiċċju. Meta tagħmel is-sewwa ma tistax tintogħġob ma' kulħadd,
Fl-Elezzjoni Ġenerali li jmiss sejjer nikkontesta mal-Partit Nazzjonalista fuq is-7 Distrett Elettorali.
Malta għandha bżonn paġna ġdida. Nemmen li Alla jagħtini d-dehen u jmexxini. Kull min iħobb lil pajjiżu għandu jivvota lill-Partit Nazzjonalista.
Do you like this page?