L-informazzjoni li qed jiġbor il-Partit Nazzjonalista qiegħda kuljum tikkonferma li x-xandir nazzjonali tan-nies, TVM, imħallas il-miljuni mill-flus tan-nies qed jkompli jkun maħkum mil-labour u minn Robert Abela.

F’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Affarijiet tal-Parlament David Agius u mill-kandidat għall-elezzjoni ġenerali Alessia Psaila Zammit intqal kif issa li l-Partit Nazzjonalista għandu iktar informazzjoni fuq medda itwal taż-żmien u permezz tagħha qed inkomplu nifhmu aktar u eżattament x’ried jgħid biha Robert Abela meta qalilna li ried riforma sħiħa fix-xandir pubbliku.

Id-data disponibbli tikkonferma li Robert Abela qed ibiddel ix-xandir tan-nies f’magna dejjem aktar b’saħħitha li ddoqq il-messaġġ tiegħu f’kull ħin tal-ġurnata, b’mod partikolari f’ċertu ħinijiet biex jilħaq l-akbar udjenzi possibbli ghax hekk jaqbillu għax wasalna għal elezzjoni ġenerali.

Il-Partit Nazzjonalista huwa mħasseb li min-naħa għandna x-xandir nazzjonali, ix-xandir tan-nies, maħtuf mill-Partit Laburista u minn Robert Abela biex iservi l-ħtiġijiet tagħhom, u fuq in-naħa l-oħra għandna l-Awtorità tax-Xandir li suppost qed tieħu passi meta x-xandir pubbliku jikser il-Kostituzzjoni jew il-liġi tax-xandir, iżda s’issa, minkejja li għaddiet ġimgħa mill-aħħar konferenza tal-aħbarijiet tal-Partit Nazzjonalista dwar ix-xandir, xorta l-Awtorita tax-Xandir għadha ma ħadet l-ebda pass biex twettaq dmirha.

Kemm ilu t-tim tal-PN isegwi mill-qrib l-aħbarijiet tal-PBS ġie nnutat ukoll li hemm pjan kkordinat sabiex jingħata spazju lill-Ministri differenti tal-Gvern sabiex ikun aċċertat li lkoll igawdu minn din  l-istratġija ta’ propaganda politika.

Dan huwa xhieda ta’ Gvern li ħataf taħt idejh l-istazzjon Nazzjonali b’dan l-indħil għandu l-iskop li jimmina r-rwol u l-messaġġ tal-Oppożizzjoni. Huwa kruċjali li nifhmu li l-libertà li wieħed jirċievi ideat u tagħrif mingħajr indħil, huwa dritt li lkoll għandna salvagwardjat fil-Kostituzzjoni ta’ pajjiżna.

Il-PN jibqa’ determinat li jaħdem sabiex dan id-dritt tal-libertà li nirċievu informazzjoni mingħajr indħil ikun msaħħaħ mhux imminat, sabiex l-irwoli rispettivi tal-Gvern u l-Oppożizzjoni ikunu rispettati. Il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern jaċċerta li jiġu mwettqa wkoll l-proposti fir-rapport tal-Bord tal-Inkjesta dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, inkluż li jkun hemm bord ta’ esperti li jagħmel rakkomandazzjonijiet sabiex jissaħħaħ l-ġurnaliżmu u l-media f’pajjiżna. Żgur li l-indħil politiku fil-PBS mhumiex it-triq sabiex tissaħħaħ l-media, l-ġurnaliżmu, d-demokrazija u d-drittijiet ta’ kull wieħed u waħda minnha.

Tħabbar ukoll li l-Partit Nazzjonalista waqqaf tim legali sabiex janalizza u jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar dan id-dritt fundamentali tagħna biex anke jħabbar proposti bħala parti minn din l-kampanja fil-ġimgħat li ġejjin.

Partit Nazzjonalista

About

Jekk se tagħmilha fuq qalbek, tagħmilhiex. Imma jekk se tagħmilha ghax tħobb... Kun il-Bidla