ŻOMM AĠĠORNAT:
Jeħtieġ politika proattiva fil-qasam tal-impiegi
L-aħbar li aktar ħaddiema fis-settur tal-farmaċewtika f’pajjiżna qed jitilfu l-impieg tagħhom hija twissija ċara li dak li għaddej minnu dan is-settur jeħtieġ attenzjoni għax fin-nofs hemm l-għajxien ta’ mijiet ta’ familji.
Dak li ġara din il-ġimgħa ssegwi dak li ilu jiġri sa’ mill-2013 ‘l hawn fejn għal raġunijiet diversi, kumpaniji tal-farmaċewtika jixtru lil xulxin u dan qed jaffetwa negattivament lill- ħaddiema Maltin.
SHPN tħoss li l-Gvern għandu jkun proattiv fejn jidħol dan is-settur. Ħadd ma jaf x’negozjati qed jagħmel il-Gvern ma’ dawn il-kumpaniji sabiex ma jintilfux l-impiegi.
Il-politiċi tagħna jridu jkunu kapaċi joffru politika sostenibbli ta’ impiegi, jridu jkunu kapaċi jagħrfu u jattiraw niċeċ ġodda.
Aħna nisperaw li dan is-settur b’valur miżjud ma jtirx mar-riħ u jintilfu eluf ta’ impjiegi. SĦPN tħoss li dan il-Gvern iħares biss sal-elezzjoni li jmiss bit-tama li jerga’ jkun elett.
SĦPN – 3 ta’ Marzu 2018