ŻOMM AĠĠORNAT:
Jekk ma jibżax mill-bidla Joseph Muscat għandu jieħu d-deċiżjonijiet li suppost ilu li ħa
Jekk Joseph Muscat ma jibżax mill-bidla kif qal, għandu jibda billi jneħħi lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi li b’għemilhom qed jagħmlu ħsara kbira lir-reputazzjoni ta’ Malta.
Joseph Muscat għandu jieħu wkoll b’serjetà kbira ir-rakkomandazzjonijiet li għamlitlu l- Kummissjoni Venezja biex verament ikollna l-ħarsien tas-saltna tad-dritt. Flok diskors għaċ- ċapċip, Joseph Muscat għandu jwettaq dak li qed tissuġġerixxi b’mod ċar il-Kummissjoni ta’ Venezja, jiġifieri:
-
ħatriet tal-Imħallfin u Maġistrati b’metodu li jkun tassew indipendenti u mhux mill- Prim Ministru;
-
li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali jitneħħewlu r-rwoli doppji li għandu u jitwaqqaf Uffiċċju ta’ Prosekutur Ġenerali apparti;
-
li l-President ma jibqax jagħmel kollox fuq parir tal-Prim Ministru imma jingħata r- rwol proprju tiegħu li jara li l-Gvern ikun kontrollat meta jabbuża;
-
li jissaħħaħ ir-rwol tad-Deputati Parlamentari u li d-Deputati tan-naħa tal-Gvern ma jkunux mixtrijin b’ħatriet pubbliċi;
-
li l-Prim Ministru ma jibqax jaħtar lil kulħadd hu u li jkun hemm kontroll speċjali fuq il-positions of trust.
Għal Joseph Muscat issa wasal iż-żmien to walk the talk.
16.12.2018