Il-Gvern illum ammetta li qed jisirqek b’mod maħsub u mhux bi żball fit-taxxa fuq id-dħul. Il-Ministru tal-finanzi Clyde Caruana ikkonferma dan fil-post fuq il-media soċjali aktar kmieni dalgħodu.

Min-naħa tiegħu l-Partit Laburista fl-istess ħin f’konferenza tal-aħbarijiet għamel siegħa mingħajr ma jispjega għaliex in-nies ilhom snin jinsterqu mill-income tax tagħhom, imma minflok baqa’ jirripeti akkużi skaduti.

Kif kien għamel fuq is-serq tal-kontijiet tad-dawl u ilma, il-gvern ħeba, seraq, u inkixef. Issa li nqabad qed jinfexx fl-Oppożizzjoni.

Illum nafu ukoll li Robert Abela mhux talli ħa €17,000 fix-xahar, talli ħa mill-inqas €28,000 fix-xahar.

Il-partit li daħħal lil Malta fil-greylist u sploda d-dejn pubbliku, m’għandux kredibbiltá fl-ekonomija.

Robert Abela li sab is-sodda mifruxa huwa maqtugħ min-nies.

 

12.02.2022

Partit Nazzjonalista

About

Aħna lesti biex inkunu MIEGĦEK 💪 Miegħek. Għal Malta 🇲🇹 pn.org.mt