ŻOMM AĠĠORNAT:
Joseph Muscat jiftaħar li sirna l-aqwa fid-dinja meta hawn eluf ta’ persuni mingħajr saqaf fuq rashom
Filwaqt li Joseph Muscat qiegħed jiftaħar li sirna l-aqwa fid-dinja, r-realtà li qed jaffaċċjaw in-nies hi li hawn aktar minn 3,000 persuna li għadhom qed jistennew housing soċjali sabiex ikollhom saqaf fuq rashom u post fejn jgħixu.
Hawn mijiet ta’ familji li qed ikollhom jgħixu fil-garaxxijiet u aktar minn 72,000 persuna li jinsabu fir-riskju tal-faqar. Dan meta qabel l-elezzjoni tal-2013, Joseph Muscat kien wiegħed li se jeradika l-faqar minn pajjiżna u meta jinsab fit-tieni leġislatura għadu ma bediex proġett wieħed ta’ housing soċjali.
Joseph Muscat mhux qed jindirizza l-problemi li ħoloq hu stess bil-politiku tiegħu li jrid ikabbar l-ekonomija bil-popolazzjoni u mhux bil-produzzjoni. Dan in-nuqqas ta’ pjan qed iwassal biex jintlaqtu fin-negattiv bosta setturi fosthom il-propjetà, l-kirjiet, l-infrastuttura, t- trasport u l-ambjent. Minflok Gvern Nazzjonalista se jkun qed jiggarantixxi li kulħadd f’Malta jkollu saqaf fuq rasu u għajxien diċenti.
21.10.2018