Robert Abela lbieraħ kif ħareġ mil-parlament indika bl-iktar mod ċar li kien qed jinvestiga il-propjetá tiegħi. Dan fl-istess jum li ibni u marti raw drone idur fil-baxx fuq il-propjetà tiegħi.
Din mhux l-ewwel darba li l-Partit Laburista, flimkien ma One News, użaw dal-metodi oppressivi kull meta jsib ruħhom f'kantuniera. Smajna fl-aħħar jiem bis-sospensjoni tal-editur tal-Orizzont Victor Vella, lill-Prim Ministru jgħid li se jagħmel bojkot lit-Times u lil Karl Stagno Navarra li ffilmja ġurnalisti u attakkhom għax kienu qed jagħmlu xogħolhom.
Minflok jaħbi idejh Robert Abela għandu jieqaf jaħrab mill-mistoqsijiet u juża tattiċi ta’ oppressjoni kontra l-ġurnalisti.
15.02.2022
Do you like this page?