Robert Abela llum beda narrativa ġdida u iddisprata fejn qed iwaħħal fl-Oppożizzjoni għall-inkompetenza ekonomika tiegħu, wara disa’ snin ta’ gvern Laburista.

Wara li nixxef il-finanzi tal-pajjiż, ġab lil Malta greylisted, naqas milli jattira investiment ġdid u ħela miljuni f’kuntratti skandalużi, l-unika kisba ekonomika ta’ Abela hija d-dejn nazzjonali rekord.

Minflok iwaħħal fil-pandemija jew l-Oppożizzjoni, Abela għandu jirrifletti fuq id-deċiżjonijiet ħżiena tiegħu stess li jinkludu li jonfoq aktar fuq kuntratti korrotti u li jagħmluha impossibbli għan-negozji ż-żgħar li joperaw.

F’diskors difensiv fejn ma semma xejn dwar Joseph Muscat, Abela talab għall-għaqda, filwaqt li rrikorra għall-gideb dwar il-Partit Nazzjonalistabiex jiġbor l-appoġġ tiegħu.

Gideb meta qal li l-Partit Nazzjonalista jrid jittimbra lil Malta bħala stat mafjuż jew irid jipprojbixxi l-użu ta’ WhatsApp, u l-gideb tieghu wrew li m’għandux interess f’dibattitu serju dwar it-12-il Abbozz ta’ Liġi għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni.

Gideb meta qal li l-Partit Nazzjonalista jrid jipprevjeni lil Malta milli tieħu fondi tal-UE għall-pipeline tal-gass, meta kien il-PN li ġġieled għal dan il-proġett, flimkien mal-fondi kollha tal-UE li tgawdi Malta mill-2004.

Gideb meta qal li l-Partit Nazzjonalista ma riedx ritorn għan-normalità, meta l-Partit Nazzjonalista qed jitlob l-irtirar ta’ miżuri li Abela stess jammetti li m’għadhomx meħtieġa.

Abela, li ilu sentejn jaħrab mid-dibattiti, illum wissa wkoll li l-elezzjoni li ġejja mhux se jkollha dibattiti politiċi iżda biss attakki personali.

Id-diskors tiegħu jikkonferma li filwaqt li kulħadd ta’ madwaru qed jinduna li mhux kapaċi, l-unika ħaġa li jista’ jagħmel hu li jirrikorri għal attakki personali krudili, fosthom attakki fuq l-istituzzjonijiet li għandu jkun qed jiddefendi.

------

For Robert Abela, Fighting Corruption Means Being A Mafia State

Robert Abela today began a desperate new narrative of blaming his economic incompetence on the Opposition, after nine years of a Labour government.

After drying up the country’s savings, getting Malta greylisted, failing to attract any new investments and wasting millions on scandalous contracts, Abela’s only economic achievement is record national debt.

Rather than blaming the pandemic or the Opposition, he should reflect on his own bad decisions which include spending more on corrupt contracts and making it impossible for small businesses to operate.

In a defensive speech where he did not mention a word about Joseph Muscat, Abela begged for unity, while resorting to lies about the PN to rally his support.

He lied when he said PN wants to label Malta a mafia state or wants to ban the use of WhatsApp, which showed he has no interest in a serious debate on the 12 Bills to fight corruption.

He lied when he said PN wants to prevent Malta from getting EU funds for the gas pipeline, when it was PN that fought for this project, together with all EU funds enjoyed by Malta since 2004.

He lied when he said PN did not want a return to normality, when PN is demanding the withdrawal of measures that Abela himself admits are no longer needed.

Abela, who has spent two years running away from debates, today also warned that the upcoming election won’t have any policy debates but only personal attacks.

His speech confirms that while everyone around him is realising he is not up for the job, the only thing he can do is resort to cruel personal attacks, including attacks on the institutions he should be defending.

23.01.2022

Partit Nazzjonalista

About

Aħna lesti biex inkunu MIEGĦEK 💪 Miegħek. Għal Malta 🇲🇹 pn.org.mt