Bħala parti mill-proċess ta’ tiġdid fil-Partit Nazzjonalista, issa jmiss li jiġi elett il-Kumitat Reġjonali ta’ Għawdex li jkun elett direttament mit-tesserati Għawdxin.
Kif ikun kompost il-Kumitat Reġjonali ta’ Għawdex?
Il-kumitat reġjonali ta’ Għawdex ikun kompost minn Chairperson u sitt membri eletti mit-tesserati tal-partit li jkunu residenti f’Għawdex. L-elezzjoni ssir separatament għaċ-Chairperson u għall-membri f’żewġ elezzjonijiet separati. Il-Kumitat jiġi elett għal perjodu ta’ sentejn.
Meta se ssir l-elezzjoni?
Kemm l-elezzjoni għal Chairperson kif ukoll għall-membri se jsiru nhar is-Sibt 20 ta’ Frar bejn l-10am u l-5pm fis-Sub-Headquarters tal-Partit Nazzjonalista f’Ta’ Sannat.
Chairperson
Paul Buttigieg kien l-unika kandidat u għaldaqstant mhux se jkun hemm elezzjoni.
Membri: Min huma l-kandidati?
- Attard Mark
- Bajada Franco
- Camilleri Eucharist
- Curmi Anthony
- Dimech Paul
- Hili Josef
- Saliba Baskal
- Zammit Miriam
Minn dawn, it-tesserati Għawdxin iridu jagħżlu sitt membri fl-elezzjoni li se ssir is-Sibt 20 ta' Frar.
X’inhu l-irwol tal-Kumitat Reġjonali?
- Jikkoordinaw il-ħidma politika u organizzattiva tal-partit f’Għawdex, u flimkien mal-kumitati jfasslu u jwettqu inizjattivi fuq livell reġjonali skont il-politika, il-pjan nazzjonali ta’ ħidma, u ddirettivi tal-amministrazzjoni ċentrali tal-partit;
- Jaħdmu mal-kumitati fir-reġjun biex jiżguraw li jilħqu l-miri stabbiliti fiddistretti u lokalitajiet u jgħinuhom fl-organizzazzjoni ta’ attivitajiet lokali u distrettwali;
- F’kull inizjattiva jagħtu kas tal-kuntest lokali u jippromwovu koperazzjoni bejn membri u kumitati fuq il-livelli lokali, distrettwali u reġjonali;
- Jippjanaw u jmexxu, fuq il-linji indikati mill-organizzazzjoni ċentrali talpartit, il-kampanji elettorali u l-ħidma fir-reġjuni konnessa malelezzjonijiet;
- Iżommu kuntatt u djalogu mal-elettorat, mal-imsieħba soċjali, mas-soċjetà ċivili u għaqdiet fid-distretti tar-reġjun;
- Jinkoraġġixxu u jissorveljaw l-aħjar użu possibbli tal-każini/uffiċċji tal-partit fir-reġjuni;
- Bl-awtorizzazzjoni tat-Teżorier/a tal-partit jiġbru fondi mir-reġjuni stess biex jiffinanzjaw il-ħidma tal-partit fir-reġjuni u jissottomettu baġits u kontijiet b’mod regolari kif stabbilit fir-regolamenti;
- Jaħdmu mal-Membri Parlamentari, il-kandidati, mas-Sindki u mal-Kunsilliera lokali eletti f’isem il-partit mil-lokalitajiet fir-reġjuni, u jittrattaw magħhom b’mod ugwali u korrett;
- Jadottaw, fuq bażi annwali, pjani ta’ ħidma li jinkludu l-ħtiġiet finanzjarji u ta’ riżorsi umani tar-reġjuni.
Il-kumitati reġjonali għandhom jaħdmu mill-qrib mal-Ewroparlamentari eletti f’isem il-partit biex flimkien jesploraw inizjattivi li jistgħu jittieħdu fuq livell reġjonali fi ħdan programmi edukattivi, ta’ taħriġ, kulturali u soċjali maħsuba li jġibu ’l quddiem għarfien u żvilupp tal-politika tal-Unjoni Ewropea u l-istituzzjonijiet tagħha.