Il-Partit Nazzjonalista huwa aħna lkoll. Għalhekk, sabiex il-Partit jirnexxi għandu bżonn lil kulħadd.
Qed nistiednukom tinvolvu ruħkom fil-proċess ta’ tiġdid fil-Kumitati Sezzjonali tagħna. It-tiġdid irid iġib taħlita ta’ nies b’esperjenza vasta ma’ nies ġodda li flimkien ikunu jistgħu jsawru l-ħidma tal-Partit Nazzjonalista fuq livell lokali minn issa sal-elezzjoni ġenerali, tiġi meta tiġi.
- X'inhu x-xogħol tal-Kumitati Sezzjonali?
Il-Kumitati Sezzjonali huma l-leħen tal-Partit Nazzjonalista fil-lokalità u huma essenzjali biex il-Partit ikun jista' jwassal il-messaġġ tiegħu b’mod effettiv u effiċjenti. Huma jiddiskutu l-politika u l-programm tal-partit u jmexxuhom ’il quddiem fil-lokalità b’kull mezz possibbli, kif ukoll jiddiskutu kwistjonijiet nazzjonali u lokali u jressqu il-proposti tagħhom dwarhom quddiem il-partit. Il-Kumitati Sezzjonali għandhom l-irwol ukoll li jżommu ruħhom infurmati dwar il-ħidma tal-Kunsill Lokali u l-ħtiġiet tal-lokal kif ukoll huma inkarigati biex iwaqqfu netwerks ta’ żgħażagħ, nisa, anzjani u ta’ gruppi oħra skont l-ambjent soċjo-kulturali tal-lokal.
- Kif tista' ssir membru tal-Kumitat?
Trid tkun tesserat fl-aħħar sena u timla n-nomina li tinsab hawnhekk.
Imla' l-formola u ibagħatha lis-Segretarju Eżekuttiv Organizzattiv fuq michael.piccinino@pn.org.mt, lis-Segretarju tal-Kumitat rispettiv jew għand is-Segreterija tal-Partit fid-Dar Ċentrali, Triq Herbert Ganado, Pietà, jew is-Sub Headquarters tal-PN f’Għawdex, Triq Sannat, Ta’ Sannat, Għawdex.
In-nomini għandhom jaslu sa mhux aktar tard minn 7 t’ijiem qabel id-data oriġinali tal-Laqgħa Ġenerali partikolari.
Jekk ikun hemm aktar minn 18-il nomina ssir elezzjoni skont il-provedimenti tal-istatut. F'każ ta' elezzjoni ssir is-Sibt ta' wara l-Laqgħa Ġenerali Annwali.
- Meta se jsiru l-Laqgħat Ġenerali Annwali?
Dawn il-laqgħat se jibdew fit-18 ta' Jannar, hekk kif dawk skedati fil-ġranet ta' qabel ġew posposti.
Id-dati, il-ħinijiet u l-postijiet fejn se jsiru l-kumplament tal-Laqgħat Ġenerali Annwali jinsabu hawn:
Laqgħat Ġenerali Annwali 2021 |
|||
Data | Ħin | Kumitat | Post |
It-Tnejn 11 ta' Jannar | Posposta | Għasri | Sub-HQ Sannat |
Posposta | Fontana | Sub-HQ Sannat | |
Posposta | Żabbar | Uffiċċju PN Żabbar | |
Posposta | Żurrieq | Uffiċċju PN Żurrieq | |
Posposta | Mtarfa | Uffiċċju PN Rabat | |
Posposta | Mellieħa | Uffiċċju PN Mellieħa | |
It-Tlieta 12 ta' Jannar | Posposta | Għarb | Sub-HQ Sannat |
Posposta | San Lawrenz | Sub-HQ Sannat | |
Posposta | Għaxaq | Uffiċċju PN Għaxaq | |
Posposta | Paola | Uffiċċju PN Paola | |
Posposta | San Ġwann | Uffiċċju PN San Ġwann | |
L-Erbgħa 13 ta' Jannar | Posposta | Xewkija | Sub-HQ Sannat |
Posposta | Kerċem | Uffiċċju PN Kerċem | |
Posposta | Ħamrun | Uffiċċju PN Ħamrun | |
Posposta | Qrendi | Uffiċċju PN Qrendi | |
Posposta | Rabat (Malta) | Uffiċċju PN Rabat | |
Posposta | Birkirkara | Uffiċċju PN Birkirkara | |
Il-Ħamis 14 ta' Jannar | Posposta | Munxar | Sub-HQ Sannat |
Posposta | Sannat | Sub-HQ Sannat | |
Posposta | Floriana | Dar Ċentrali | |
Posposta | Isla | Uffiċċju PN Isla | |
Posposta | Pembroke | Uffiċċju PN Sliema | |
Posposta | Mosta | Uffiċċju PN Mosta | |
Il-Ġimgħa 16 ta' Jannar | Posposta | Żebbuġ (Għawdex) | Sub-HQ Sannat |
Posposta | Qala | Uffiċċju PN Qala | |
Posposta | Fgura | Uffiċċju PN Fgura | |
Posposta | Birżebbugia | Uffiċċju PN Marsaxlokk | |
Posposta | Mġarr | Uffiċċju PN Mġarr | |
Posposta | Għargħur | Uffiċċju PN Għargħur | |
Is-Sibt 17 ta' Jannar | Posposta | Għajnsielem | Uffiċċju PN Għajnsielem |
Posposta | Xagħra | Uffiċċju PN Xagħra | |
Il-Ħadd 17 ta' Jannar | Posposta | Nadur | Uffiċċju PN Nadur |
Posposta | Rabat (Għawdex) | Sub-HQ Sannat | |
Posposta | Marsascala | Uffiċċju PN Marsascala | |
Posposta | Balzan | Uffiċċju PN Balzan | |
Posposta | San Pawl il-Baħar | Uffiċċju PN San Pawl il-Baħar | |
It-Tnejn 18 ta' Jannar | 7pm | Xgħajra | Uffiċċju PN Kalkara |
7pm | Kirkop | Uffiċċju PN Safi | |
7pm | Luqa | Uffiċċju PN Luqa | |
7pm | Gżira | Uffiċċju PN Sliema | |
It-Tlieta 19 ta' Jannar | 7pm | Santa Venera | Dar Ċentrali |
7pm | Bormla | Uffiċċju PN Birgu | |
7pm | Gudja | Uffiċċju PN Gudja | |
7pm | Ħ’Attard | Uffiċċju PN Ħ’Attard | |
l-Erbgħa 20 ta’ Jannar | 7pm | Marsaxlokk | Uffiċċju PN Marsaxlokk |
7pm | Dingli | Uffiċċju PN Dingli | |
7pm | Msida | Uffiċċju PN Msida | |
Il-Ħamis 21 ta’ Jannar | 7pm | Pietà | Uffiċċju PN Pieta |
7pm | Mqabba | Uffiċċju PN Mqabba | |
7pm | Iklin | Uffiċċju PN Balzan | |
7pm | San Ġiljan | Uffiċċju PN San Ġwann | |
Il-Ġimgħa 22 ta’ Jannar | 7pm | Birgu | Uffiċċju PN Birgu |
7pm | Santa Luċija | Uffiċċju PN Santa Luċija | |
7pm | Safi | Uffiċċju PN Safi | |
7pm | Swieqi | Uffiċċju PN Swieqi | |
Il-Ħadd 24 ta’ Jannar | 10am | Marsa | Uffiċċju PN Marsa |
10am | Żejtun | Uffiċċju PN Żejtun | |
10am | Siġġiewi | Uffiċċju PN Siġġiewi | |
10am | Naxxar | Uffiċċju PN Naxxar | |
It-Tnejn 25 ta' Jannar | 7pm | Kalkara | Uffiċċju PN Kalkara |
7pm | Qormi | Uffiċċju PN Qormi | |
7pm | Lija | Uffiċċju PN Lija | |
7pm | Sliema | Uffiċċju PN Sliema | |
It-Tlieta 26 ta' Jannar | 7pm | Valletta | AŻAD |
7pm | Tarxien | Uffiċċju PN Tarxien | |
7pm | Żebbuġ (Malta) | Uffiċċju PN Żebbuġ | |
7pm | Ta’ Xbiex | Uffiċċju PN Ta’ Xbiex |