ŻOMM AĠĠORNAT:
Kunsill Lokali San Pawl: Jirbaħ is-sens komun għall-ġid tar-residenti
Bil-ħatra ta’ Anne Fenech bħala s-Sindku l-ġdid tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar u l- ħatra ta’ Daniel Grima bħala Viċi Sindku, rebaħ is-sens komun għall-ġid tar-residenti tal- lokalità.
Il-Partit Nazzjonalista jinnota b’sodisfazzjon li ġiet rispettata l-espressjoni demokratika u r- rieda tar-residenti ta’ San Pawl il-Baħar.
Il-Partit Nazzjonalista jittama li minn issa ‘l quddiem il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar ikompli jaħdem għall-aħjar interess tar-residenti f’din il-lokalità.
Robert Cutajar
Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar il-Kunsilli Lokali, l-Komunitajiet u l-Fondi Ewropej
15.03.2018