Il-Programm Elettorali Viżjoni għal Malta 2030 huwa l-qafas ta' programm ta' ħidma li fuqu Gvern Nazzjonalista ser iġib il-bidla li pajjiżna tant għandu bżonn. Dan il-Pakkett Speċjali ta' Miżuri huwa intiż biex jispjega f'aktar dettall kif gvern immexxi minn Bernard Grech ser iwettaq il-ħidma mwiegħda f'dan il-qasam fil-Programm Elettorali.

Ser nerġgħu nagħtu lura l-awtorità u l-poteri neċessarji lill-Kunsilli Lokali u lir-Reġjuni biex ikunu aktar effettivi fil-ħidma tagħhom b’risq il-komunitajiet li jirrappreżentaw. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà ser nirriflettuh fid-deċiżjonijiet lejn aktar devoluzzjoni u delegi lill-Kunsilli Lokali bl-għan li niddiċentralizzaw dejjem aktar il-poter.

AQRA f'aktar dettall:

Partit Nazzjonalista

About

Aħna lesti biex inkunu MIEGĦEK 💪 Miegħek. Għal Malta 🇲🇹 pn.org.mt