Il-Programm Elettorali Viżjoni għal Malta 2030 huwa l-qafas ta' programm ta' ħidma li fuqu Gvern Nazzjonalista ser iġib il-bidla li pajjiżna tant għandu bżonn. Dan il-Pakkett Speċjali ta' Miżuri huwa intiż biex jispjega f'aktar dettall kif gvern immexxi minn Bernard Grech ser iwettaq il-ħidma mwiegħda f'dan il-qasam fil-Programm Elettorali.

Intejbu l-kwalità tal-kura lill-pazjenti bil-kanċer u l-familji tagħhom kif tassew jistħoqqilhom.

Il-karità hija ġest nobbli u imprezzabbli iżda sfortunatament il-kura tal-kanċer saret tiddependi b’mod sporporzjonat fuq ir-rieda tajba ta’ għaqdiet u inizjattivi non-governattivi, u spiss twassal għal taqtigħ il-qalb mingħajr bżonn.

Il-Partit Nazzjonalista għandu legat fil-qasam tal-onkoloġija. L-Isptar Sir Anthony Mamo huwa xhieda ħajja ta’ dan l-impenn u viżjoni fit-tul li dejjem kellu l-Partit Nazzjonalista.

AQRA f'aktar dettall:

Partit Nazzjonalista

About

Aħna lesti biex inkunu MIEGĦEK 💪 Miegħek. Għal Malta 🇲🇹 pn.org.mt