F’deċiżjoni tal-Awtorità tax-Xandir, il-Partit Nazzjonalista ngħata raġun għall-ilment li għamel b’rabta ma’ reklamar marbut mal-Budget 2022 fuq ix-xandir pubbliku. Liema reklamar wassal għal żbilanċ kontra l-Partit Nazzjonalista.

Il-Partit Nazzjonalista jfakkar illi barra minn hekk reklami bħal dawn għandhom jitqiesu bħala reklami ta’ natura politika li huma projbiti mil-liġi sakemm ma jkunux parti minn skeda ta’ xandiriet politiċi awtorizzati mill-istess Awtoritá tax-Xandir.

Fid-deċiżjoni tagħha l-Awtoritá tax-Xandir qiset li fir-reklamar tal-Gvern Laburista kien hemm dikjarazzjonijiet politiċi u għalhekk l-Awtorità ħasset li l-Oppożizzjoni kellha tingħata ċ-ċans li tagħti l-veduta tagħha dwar dak li kien qed jingħad.

Għaldaqstant l-Awtorità ordnat li l-istazzjonijiet pubbliċi jalloka spazju li fih il-Partit Nazzjonalista jirrimedja dan l-iżbilanċ.

 

Partit Nazzjonalista

About

Aħna lesti biex inkunu MIEGĦEK 💪 Miegħek. Għal Malta 🇲🇹 pn.org.mt