ŻOMM AĠĠORNAT:
L-ebda garanzija tal-ħarsien tal-ħajja umana
Flok limitazzjoni jiżdied in-numru tal-embrijuni li jistgħu jiġu ffriżati
In-nies ma ngħatawx l-assigurazzjoni li kienu qed jistennew li bl-emendi għat-tibdil fil-liġi tal-IVF kienet se tiġi mħarsa l-ħajja umana. Il-Gvern ma aċċetta l-ebda emenda mressqa u biddel ukoll il-proviżjonijiet mal-iffriżar ta’ l-embrijuni biex flok illimita r-riskji minflok żied in-numru ta’ embrijuni li jistgħu jiġu ffriżati. Dan wara għaxar sigħat ta’ proposti u emendi min-naħa tal-Oppożizzjoni u s-soċjetà ċivili fl-istadju ta’ kumitat fil-Parlament.
Bil-bidliet li saru llum, u kuntrarju għal dak li talbet is-soċjetà ċivili, in-numru tal-embrijuni li jistgħu jiġu ffriżati żdied għal tlieta f’kull każ. F’kull stadju leġiżlattiv, il-Partit Nazzjonalista għamel ħiltu kollu biex jonqos l-impatt li din il-liġi se tħalli.
Fil-kumitat, id-Deputati tal-Partit Nazzjonalista sostnew li l-ewwel u l-aqwa interess hu dak tat-tfal li għadhom iridu jitwieldu minn dan il-proċess, u fl-ebda ħin m’għandu jiġi ppreġudikat l-interess tat-tfal. Dan fid-dawl li Malta hija firmatarja tal-Konvenzjoni tan- Nazzjonijiet Magħquda dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li tisħaq li l-aqwa interess tat-tfal irid ikun il-kunsiderazzjoni ewlenija f’deċiżjonijiet li jikkonċernaw lit-tfal.
Il-Partit Nazzjonalista wera li għal darb’oħra li huwa l-vuċi tal-aktar persuna vulnerabbli, li hija t-tarbija fil-ġuf. Id-Deputati tal-Partit Nazzjonalista tkellmu favur il-ħajja u favur id- drittijiet tat-tfal bil-provi. F’isem dawk kollha li jgħożżu l-valur tal-ħajja, il-Partit Nazzjonalista jirringrazzja l-organizzazzjonijiet kollha tas-soċjetà ċivili li pparteċipaw fil- proċess, u li kienu l-vuċi ta’ dawk li ma’ jistgħux iwasslu leħinhom.
14.06.2018