Kultant faqar Nazzjonali li ebda statwa tal-kartapesta dekorata bid-deheb, ġawhar jew fidda u l-ebda innu-marċ jew kaxxa murtali ma għadhom irradikaw.

Hawn il-ħtieġa ta' edukazzjoni lil hinn minn dak akkademiku.  Irridu ninvestu llum fl-affarijiet bis-sens tal-ovvju, li kien darba. 

L-edukazzjoni nemmen li hija l-arma radikali bħala prattika tal-liberta'.

Biex b'hekk jingħata leħen lil min m'għandhux.  Jew, agħar jaħseb li għandu. Jingħata post lil dawk li mgħandhomx post.

Inħeġġeġ biex inkunu oġġettivi fi ħsiebna.  Ħadd mgħandu jħossu ħati li dan il-pajjiż li kellu ħolma li jkun l-iżgħar fost l-aqwa falla jew li jista' jkompli jfalli. 

Jiddependi minnha lkoll.  Wieħed, wieħed, waħda, waħda. 

Waqt li bħalma bdejt, inkompli nammetti.  Li l-edukazzjoni f'Malta ma waslitx lil dan il-poplu għas-sens tal-ovvju.  Jew politiċi li kellhom l-iskop li jħallu poplu illitterat, mhux fil-pinna, imma fis-sens oġġettiv.  Fejn jagħraf il-verita' u s-sens komun.

Charles Azzopardi

About

Edukatur. Eks-Sindku r-Rabat fis-sena 2003 u fis-2013. Eks-Kandidat Laburista. Kandidat f'isem il-Partit Nazzjonalista għall-Elezzjoni Ġenerali fuq is-7 Distrett.