ŻOMM AĠĠORNAT:
L-inċident tal-kuntistabbli m’għandux jiġi politiċizzat
Il-Partit Nazzjonalista jiddeplora li l-kummenti tal-Membru tal-Parlament Ewropew Laburista Marlene Mizzi, li qed tippolitiċizza l-inċident li fih safa’ vittma l-kuntistabbli Simon Schembri waqt il-qadi ta’ dmirijietu, li huwa riżultat ta’ att kodard ta’ persuna li ġiet arrestata.
F'dan il-mument il-Partit Nazzjonalista mill-ġdid jerġa’ jesprimi s-solidarjetà ma’ Simon Schembri u l-familja tiegħu kif ukoll mal-membri kollha fil-Korp tal-Pulizija li ta kuljum jissograw ħajjithom sabiex jiddefendu liċ-ċittadini onesti mill-kriminali.
Beppe Fenech Adami
Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar is-Sigurtà Nazzjonali u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità
17.05.2018