ŻOMM AĠĠORNAT:
L-inkjesta tal-Maġistrat Aaron Bugeja ma tiskolpax lil Keith Schembri u Konrad Mizzi mill-fatt li fetħu kontijiet sigrieti fil-Panama
Il-konklużjonijiet tal-inkjesta tal-Maġistrat Aaron Bugeja bl-ebda mod ma tiskolpa lil Keith Schembri u Konrad Mizzi, n-nies l-aktar qrib tal-Prim Ministru Joseph Muscat, li bil-fatti kellhom il-kumpaniji moħbija fil-Panama Hearnville u Tillgate. Dan mhux kif qiegħed jgħid il-Ministru Konrad Mizzi.
Filwaqt li jaċċetta r-riżultat tal-inkjesta, għax għandu fiduċja fl-istituzzjoni tal-Qorti, l-Partit Nazzjonalista jerġa’ jtenni li l-Prim Ministru Joseph Muscat jaf li għandu responsabbilità politika li ma ġarrx.
Issa li l-inkjesta tlestiet, in-nies qed jistennew il-verità kollha u għalhekk l-Avukat Ġenerali għandu jippubblika r-rapport sħiħ tal-inkjesta li saret mill-Maġistrat Aaron Bugeja. Il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ għaddej bil-ġlieda kontra l-korruzzjoni sakemm il-verità kollha toħroġ.
23.07.2018