ŻOMM AĠĠORNAT:
L-Oppożizzjoni tiltaqa’ mal-Venice Commission
Il-Partit Nazzjonalista huwa kburi li waqqaf l-istituzzjonijiet f’pajjiżna
Delegazzjoni tal-Oppożizzjoni ltaqgħet mal-Venice Commission fi ħdan il-Kunsill tal- Ewropa, li tinsab f’Malta sabiex tagħti pariri dwar tibdil Kostituzzjonali u tisħiħ tas-saltna tad-dritt.
Carm Mifsud Bonnici spjega li kienu Gvernijiet Nazzjonalisti li waqqfu l-istituzzjonijiet f’Malta u matul is-snin dejjem saħħew il-ħidma demokratika tagħhom. Huwa qal li l-Partit Nazzjonalista huwa kburi li waqqaf dawn l-istituzzjonijiet, li iżda sfortunatament fil-preżent jinsabu maħkuma mill-Gvern u mhux qed jitħallew jiffunzjonaw kif suppost.
Carm Mifsud Bonnici tkellem fuq il-ħtieġa li jkun hawn bidla fil-ħidma tal-istituzzjonijiet sabiex titħares it-trasparenza u tissaħħaħ il-meritokrazija u l-mekkaniżmu kontra l- korruzzjoni.
Id-delegazzjoni tal-Oppożizzjoni kienet magħmula mill-Membri Parlamentari Carm Mifsud Bonnici, Chris Said u David Stellini filwaqt li l-Venice Commission kienet magħmula minn Dr Schnutz Durr, Richard Claytin, Kaarlo Tuori, l-Prof Martin Kuijer, Dr Herdis Kjerulf Thorgsdotteir u Myron Nicolatos.
Fi tmiem iż-żjara f’Malta, l-Venice Commission se tkun qed tagħmel rapport li janalizza l- funzjoni tal-istituzzjonijiet demokratiċi f’pajjiżna.
06.11.2018