Il-Labour ikompli jaħrab id-dibattiti

Chris Fearne qed jagħmel bħal bqija tal-Labour u jaħrab mid-dibattiti.

Illum ħarab mid-dibattitu fuq Newsbook fuq l-iskandlu tal-isptarijiet li għadu jiddefendi minflok iħassar il-kuntratt.

Fearne qed jaħrab ukoll milli jwieġeb domandi dwar il-kuntratt skandaluż ta’ €13,500 fix-xahar għall-campaign manager tiegħu.

Illum, minflok jwieġeb u jiddibatti, mar jitkellem waħdu fil-komfort ta' One TV biex jikkonferma l-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista li l-miżuri tal-Covid-19kienu eċċessivi u ma kellhomx jiddaħlu. Chris Fearne huwa bħal Robert Abela, jaħrab mid-dibattitu.

 

22.01.2021

Partit Nazzjonalista

About

Aħna lesti biex inkunu MIEGĦEK 💪 Miegħek. Għal Malta 🇲🇹 pn.org.mt