Partit Nazzjonalista fil-Gvern huwa kommess illi tkompli tiżdied il-preżenza tal-Pulizija fil-komunitajiet u toroq tagħna. Huwa f’dan l-isfond illi Partit Nazzjonalista fil-Gvern jintrabat min issa illi ser ikun qiegħed isaħħaħ il-Kuncett ta ‘Community Policing’ f’kull lokalita f”Malta.

Dan thabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet illum indirizzata mill kelliem għall-Intern u s-Sigurtá Nazzjonali Beppe Fenech Adami u l-kandidati tal-Partit Nazzjonalista Graziella Galea, Darren Carabott u Errol Cutajar.

Dan il-kunċett ma’ jibqax wieħed inizzjali iżda jiddaħħal bħala parti mill-operat prinċipali tal-Korp, taħt it-tmexxija ta’ Assistent  Kummissarju inkarigat mil-funzjoni. In-numru ta’ Community Policing Officers’s jinħadem fuq il-bażi ta’ formula stabbilita, sabiex ikun hemm riżors adekwat biex iħaddem dan il-qasam important għall-ħajja fil-komunita’.

Il-proposti l-oħra mħabbra llum jinkludu li:

Partit Nazzjonalista fil-Gvern jirrevedi id-deċiżjoni tal-Gvern Laburista illi jagħlaq kważi l-għasses kollha fil pajjiz. Gvern Nazzjonalista jemmen li l-għassa tal-Pulizija kienet u għadha fil-kultura tagħna  punt ta’ referenza, post ta’ kenn, post ta’ għajnuna għal min sab ruħu fi bżonn jew f’emergenza.  Partit Nazzjonalista fil-Gvern jemmen illi is-sigurtá ta lokal tiżdied meta l-għassa tal-Pulizija tkun miftuħa u huwa għalhekk li Gvern ġdid Nazzjonlista ser jalloka fond kapitali suffiċjenti biex isir investiment maġġuri fl-għasses kollha u jintrabat li jwettaq dan il-pjan fuq medda ta’ 24 xahar bil-għan illi dawn jerġgħu jinfetħu u jkunu aċċessibli għall-poplu fuq bażi ta’ 24 siegħa kuljum.

Bi qbil mal-kunsilli lokali, aġenziji u r-rappreżentanti tal-LESA, Gvern Nazzjonalista ġdid jintroduċi il-kunċett ta Community Support Officers fil-lokalitajiet tagħna , bil għan li jkunu ta’sapport u assistenza fiż-żamma ta l-indafa u ordni pubblika f’kull lokalita’, jgħinu fil prevenzjoni ta reati żgħar (petty crime) u jipproteġu l-ambjent fl-ispazji miftuha kollha f’kull lokalitá. Kull Community Support Officer jkun mħarreġ sabiex joffri assistenza lin-nies li jitolbu l-għajnuna tiegħu

Gvern Nazzjonalista jagħti aktar poteri u riżorsi lill-kunsilli lokali tagħna sabiex jkollhom l-għodod u s-setgħat li jieħdu dawk il miżuri kollha biex f’kull lokalitá jitnaqqas il-periklu għan-nies  li jisfaw vittimi ta kriminalitá. Huwa f’dan il-kuntest li Gvern Nazzjonalista jagħti ir-riżorsi kollha meħtieġa lill-kunsilli lokali sabiex jidentifikaw kull zona fil-lokalitá tagħhom li hija ‘hot spot’ ta’ kriminalita’, problematika, vandaliżmu u mġieba ħażina, sabiex f’dawn il- ‘hot spots’ hekk identifikati isir l-investiment kapitali u infrastrutturali meħtieġ bhal per eżempju bl-installar ta’ sistema ta dawl aħjar, installazzjoini ta’ sistemi CCTV, li jservu ta deterrent għall-kriminalita’ u imġieba ħażina. Mill-lat ta’ l-infurzar, ser jiġu strutturati units speċjalizzati tal-Pulizija, imħarrġa apposta, biex ikunu jistgħu jinfurzaw il-liġi f’dawn iż-żoni b’mod konsistenti.

Il-Partit Nazzjonalista jifhem illi illum jeżistu diversi mezzi teknoloġiċi lli jservu b’mod effettiv ta’ deterrent għal serq u ħsara fuq proprjeta privata. Gvern Nazzjonalsita ġdid jinċentiva l-istallazzjoni ta dawn s-sistemi fi djar Maltin. Huwa għalhekk illi Gvern Nazzjonalista jintroduċi skemi ta għajnuna inkluż ‘tax rebates’ sabiex isir investiment f’miżuri ta sigurta min ċittadini privati ġewwa djarhom.

 

Gvern Nazzjonalista ġdid joffri servizzi ta’ assistenza u pariri bla ħlas lill anzjani li jgħixu gewwa djarhom sabiex jidentifikaw kif u x’passi jistgħu jiehdu sabiex d-dar fejn jgħixu tkun aktar sigura. Partit Nazzjonalista fil-Gvern jgħin finanzjarmanet permezz ta ‘grants’lill anzjani sabiex dak suġġerit min professjonisti ghal djar aktar siguri jkun jista jitwettaq.

Gvern Nazzjonalista ġdid jemmen bis-sħiħ fl-importanza ta’ postijiet pubbliċi ta rikreazzjioni fil-lokalitajiet taghna. Diversi ‘playing fields’, ġonna u spazji ta’ rikreazzjoini f’ħafna lokalitajiet huma fi stat ta telqa bi bżonn kontinwu ta manutenzjoni, investiment u moniteraġġ. Huwa f’dan il-kuntest lil l-Partit Nazzjonalista qiegħed jimpenja ruhu illi meta jkun fil-Gvern huwa jkun għamel xogħolijiet ta manutenzjoni fil-‘playing fields’, ġonna u spazji ta rekreazzjoni kollha ezistenti f’kull lokalitá b’attenzjoni speċifika li dawn ikunu kollha siguri f’kull aspett. Jara illi dawn il-‘playing fields’ ikunu kemm jista jkun ‘gated’ u b’sistemi ta CCTV installat. Għalhekk il-Partit Nazzjonalista jimpenja ruħu illi għal kull ‘playing field’jinħatar kumitat ta tmexxija kompost min persuni tal-lokal bi spazju għal ġenituri ta’ tfal minuri sabiex jmexxu huma b’mod ordnat, strutturat u volontarju dawn il- ‘playing fields’.

Gvern Nazzjonalista jimpenja ruhu li jagħti aktar poteri lill kunsilli lokali sabiex jintervjenu direttament f’każijiet fejn hemm propjeta , li tħalliet fi stat ta abbandun, tali mod li hija ta’ periklu u b’lok ta’ abbużi b’detriment għan-nies tal lokalitá. Il-Kunsilli jingħataw is-setgħa eżekuttiva u r-riżorsi neċessarji sabiex jagħmlu l-intervent li hemm bzonn sabiex il-periklu u abbuż jiġi indirizzat, b’dan illi l-ispejjeż jkunu jistgħu jiġu rikoverati mis-sidien li jkunu naqsu li jieħdu ħsieb il-proprjeta’ tagħhom.

Partit Nazzjonalista jemmen li l-kunċett ta Neighbourhood Watch jista jnissel spirtu akbar ta’ komunita’ u solidarjeta’ fil-lokalitajiet taghna. Huwa ghalhekk illi l-Partit Nazzjonalista fil-Gvern ser jinċentiva u jsaħħaħ inizzjattivi ta’ skemi ta dan it-tip intizi biex ikabbru viġilanza aktar effiċjenti kontra reati, rappurtar aħjar ta’ kriminalitá u sens akbar ta’ serħan il-moħħ.

Partit Nazzjonalista

About

Jekk se tagħmilha fuq qalbek, tagħmilhiex. Imma jekk se tagħmilha ghax tħobb... Kun il-Bidla