Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech jawgura lil Roberta Metsola li issa hi l-kandidata tal-Partit Popolari Ewropew għall-Presidenza tal-Parlament Ewropew. Il-Partit Popolari Ewropew huwa l-akbar forza politika fi ħdan il-Parlament Ewropew.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista fisser dan il-mument mhux biss wieħed li jagħmel unur lil Roberta Metsola imma wkoll lil Malta u lill-Partit Nazzjonalista li minn dejjem emmen fl-Unjoni Ewropea u li kien grazzi għalih li pajjiżna llum għandu l-possibbiltá li waħda minn uliedu tmexxi istituzzjoni ta’ din l-unjoni li tirrappreżenta liċ-ċittadini ta’ xejn inqas minn 28 pajjiż.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech iwiegħed ukoll l-appoġġ tal-Partit Nazzjonalista fil-proċess li se jwassal għall-elezzjoni ta’ President tal-Parlament Ewropew f’Jannar li ġej.

Partit Nazzjonalista

About

Aħna lesti biex inkunu MIEGĦEK 💪 Miegħek. Għal Malta 🇲🇹 pn.org.mt