Il-Programm Elettorali Viżjoni għal Malta 2030 huwa l-qafas ta' programm ta' ħidma li fuqu Gvern Nazzjonalista ser iġib il-bidla li pajjiżna tant għandu bżonn. Dan il-Pakkett Speċjali ta' Miżuri huwa intiż biex jispjega f'aktar dettall kif gvern immexxi minn Bernard Grech ser iwettaq il-ħidma mwiegħda f'dan il-qasam fil-Programm Elettorali.

Il-volontarjat huwa sinsla għal pajjiżna f’diversi oqsma, dawk soċjali, is-saħħa, l-arti u l-kultura, il-patrimonju u t-tradizzjonijiet nazzjonali, u l-ambjent, fost ħafna oħrajn.

Dan huwa rifless fil-ħidma ta’ bosta għaqdiet volontarji u NGOs li jsaħħu ċ-ċittadinanza attiva tal-poplu Malti u Għawdxi u dawk kollha li għandhom għal qalbhom lil pajjiżna.

Għaldaqstant impenjati li nieħdu ħsieb u nagħtu nifs ġdid lill-għaqdiet volontarji u non-governattivi biex jiffjorixxu f’ħidmiethom bla ebda xkiel għall-ġid tal-komunitajiet tagħna.

AQRA f'aktar dettall:

Partit Nazzjonalista

About

Aħna lesti biex inkunu MIEGĦEK 💪 Miegħek. Għal Malta 🇲🇹 pn.org.mt