Kull wieħed u waħda minna għandu valur. Irrid soċjetà li tfittex u tgħolli dan il-valur. Uliedna qed josservawna u qed jiġġudikawna.
Ejjew naraw x'nistgħu nagħmlu aħjar ma' kull wieħed minna, speċjalment f'dak il-mument l-iktar fraġli għalih.
Filmati ma rridx inxerred, kulħadd ra b’għajnejh u sema' b’widnejh.
Ilkoll għandna mhux biss obbligu ċiviku lejn xulxin imma obbligu morali li nieqfu ma' xulxin jekk tassew irridu nissejħu familja Maltija.
Tal-inqas jekk ma tafx kif għandek iġġib ruħek f'mument bħal dan, ċempel il-pulizija jew l-emerġenza.
Ejja nuru rispett u empatija lejn xulxin fl-aktar mumenti fraġli u mhux l-ewwel ħaġa li tiġi f’moħħna jkun is-sensazzjonaliżmu, jew li noħorġu mobile biex niġbdu video.
Ftakar li tista' tkun int, nista' nkun jien.
Nafu aħjar minn hekk.
Jekk għandek bżonn titkellem ma’ xi ħadd, jew qatt kellek xi ħsibijiet tqal, inħeġġek tikkuntattja lil waħda mill-ħafna għaqdiet professjonali f'dan il-qasam.

Bernard Grech

About

Kap tal-Partit Nazzjonalista. Kandidat għall-Elezzjoni Ġenerali fuq il-5 u il-11 Distrett.