Ir-raba’ każ fl-aħħar xhur fejn l-Oppożizzjoni terġa tingħata raġun.

Wara li fl-aħħar xhur l-uffiċċju tal-Ombudsman fuq talba tal-Oppoizzjoni intalab jinvestiga disa’ proġetti mwettqa minn entitajiet tal-Gvern fuq każi ovvji ta’ abbuż ta’ poter, ksur ta’ liġi u ħsara ambjentali irreparabbli issa ġie kkonfermat mill-istess Ombudsman li l-Oppożizzjoni inghatat raġun.

L-aħħar każ li kkonkluda l-Ombudsman u li l-Oppożizzjoni ingħatat raġun kien dak fuq xogħol bla permess, bi prattiċi ħżiena u bi ksur ta’ liġi kien dak fi triq f’Ħad Dingli. Dan ir-rapport ikkonkluda li:

  • Infrastruttura Malta bdiet xogħol xhur bla ma’ kellha l-permessi u l-awtorizzazzjoni li tibda x-xoghol
  • Infrastruttura Malta daħlu fuq artijiet privati bla ma’ kienu saru l-espropropjazzjoni meħtieġa
  • L-Aworitajiet tal-Gvern m’għandhom qatt ikunu ‘l fuq mill-liġi

Il-każ ta’ Ħad Dingli kien ir-raba’ każ konkluż minn fost il-każijiet li l-Ombudsman intalab jinvestiga mill-Oppożizzjoni. It-tliet każijiet l-oħra li l-Ombudsman ikkonkluda u sab nuqqasijiet serji u ksur ta’ lġgi minn entitajiet tal-Gvern kienu dawk fuq xoghlijiet li saru f’Kemmuna, fuq il-Pont tal-Marsa kif ukoll fuq il-Victoria Lines. F’uħud minn dawn il-każijiet l-Ombudsman ikkonferma dak li stqarret l-Oppożizzjoni li sahansittra kienet saret ħsara ambjetali irreparabbli. Protagonisti ewlenin f’dan kollu kienu Infrastruttura Malta, l-Awtorita tal-Ippjanar, il-Ministeru ta’ Għawdex kif ukoll l-Awtorita tal-Artijiet.

L-Oppożizzjoni qed terġa’ titlob sabiex tintrefa r-responsabilità politika, xi ħaġa li sa issa ma’ saritx, minkejja li l-Ombudsman sab lill-Gvern ħati ta’ nuqqasijiet serji. L-istess Oppożizzjoni qed terġa tistaqsi jekk sarux investigazzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti għal dan il-ksur ta’ liġi ripetut minn min suppost qed jaghti l-ezempju qed jara li l-ligi tiġi mħarsa?

Il-Partit Nazżjonalista filwaqt li jiggarantixxi li ġaladarba jingħata l-fiduċja tal-poplu Malti u Għawdxi se jkun qed jara li min żbalja iħallas ta’ għemilu fuq dawn il-każijiet, se jagħmel ċert wkoll li dawn in-nuqqasijiet serji minn entitajiet tal-Gvern jieqfu darba għal dejjem. Għall-PN il-kultura ta’ xejn mhu xejn f’pajjiżna li daħħal gvern laburista trid tieqaf illum qabel għada. Kultura li issa dahhlet sew ukoll fil-qasam ambjentali.

Il-Partit Nazzjonalista jirringrazzja wkoll lill-għaqdiet ambjentali għall-insistenza u l-ħidma kontinwa favur l-ambjent f’pajjiżna,itenni li se jkompli jkun il-vuċi tagħhom fl-interess dejjem tal-ġid komuni u tħares ‘il quddiem għal aktar ħidma flimkien.

Robert Cutajar

Whip u Kelliem għall-Ambjent

u Tibdil fil-Klima

Partit Nazzjonalista

About

Jekk se tagħmilha fuq qalbek, tagħmilhiex. Imma jekk se tagħmilha ghax tħobb... Kun il-Bidla