Xogħol il-politiku hu li jaqdi lill-komunità, inklużi l-anzjani – li qattgħu ħajjithom jikkontribwixxu għall-ġid ta’ dik l-istess komunità. Wara ħajja sħiħa mogħtija għax-xogħol, jixraq li issa lill-anzjani tagħna nagħtuhom il-mezzi neċessarji biex igawdu l-pensjoni li tistħoqqilhom. Huwa għalhekk li bħala Forza Nazzjonali qed nipproponu dawn il-proposti.