Il-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista illum appella liċ-Chairman tal-Kumitat Permanenti għall-Petizzjonijiet biex jagħti prioritá lill-petizzjoni mingħand 53 għaqda u individwi li appellaw lill-Gvern biex iressaq emendi qabel ma tkun approvata l-Liġi li tillegalizza l-użu tad-droga Kannabis.

Filwaqt li vvota kontra l-liġi kif inhi sal-lum, il-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista qed jinsisti li l-petizzjoni tal-għaqdiet u l-individwi tiġi diskussa mill-iktar fis mill-Kumitat Parlamentari tal-Petizzjonijiet u l-Gvern jieqaf jgħaddi romblu minn fuq kulħadd.

Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-Gvern mhux lest li jilqa’ din it-talba tal-Oppożizzjoni f’isem it-53 għaqda firmitarja ta’ din il-petizzjoni. Kull proċedura fil-parlament tista’ tinbidel bi qbil bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni kif jiġri f’diversi stanzi fil-hidma parlamentari. L-Oppożizzjoni talbet b’mod formali li l-kumitat Parlamentari dwar il-petizzjonijiet jiltaqa qabel il-vot finali ta’ nhar it-tlieta.

Il-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista iltaqa’ ma’ numru ta’ għaqdiet tul proċess ta’ konsultazzjoni wiesa’.

Il-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista itenni li jqis l-abbozz kif propost mill-Gvern bħala wieħed li ser joħloq in-normalizzazzjoni u ż-żieda tal-abbuż tad-droga f’pajjiżna. Il-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista mhuwiex favur li f’pajjiżna jkollna kultura prevalenti ta’ abbuż mid-droga.

L-abbozz kif propost mill-Gvern ma jagħti l-ebda protezzjoni u għajnuna lill-persuni vulnerabbli li jaqgħu għall-vizzju tad-droga u ma jagħti l-ebda għodda legali ġodda u aktar effettivi biex jiġi miġġieled it-traffikar tad-droga.

Il-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista jemmen bis-sħiħ li l-Parlament għandu jpoġġi l-ewwel u qabel kollox l-interess ta’ dawk l-aktar vulnerabbli f’pajjiżna b’mod partikolari t-tfal. Bl-abbozz ta’ liġi li ressaq, il-Gvern Laburista qed jagħti dahru lit-tfal u l-interessi u l-ħtiġijiet tagħhom.

Il-Partit Nazzjonalista jemmen li l-Parlament għandu jilleġiżla biss biex tissaħħaħ is-soċjetà Maltija u m’għandu qatt jintuża minn partit politiku biex lejliet elezzjoni ġenerali joħloq diversiv minn fuq issues li huma tassew urġenti għal pajjiżna.

Din hi l-lista tal-firmatarji fil-petizzjoni:

 

Caritas Malta

OASI Foundation

Malta Employers’ Association (MEA)

Malta Chamber of Commerce and Industry

Medical Association of Malta (MAM)

Malta Union of Midwives and Nurses (MUMN)

Malta Chamber of Pharmacists

Gozo Business Chamber

Malta Association of Social Workers

Malta Association of Psychiatry

Secretariat for Catholic Education (SfCE)

Church Schools’ Association

Gozo Tourism Association

Zghazagh Azzjoni Kattolika ZAK

Azzjoni Kattolika

Malta Girl Guides

Home Away from Home

National Foster Care Association Malta

National Parents Society for Persons with Disability

St Jeanne Antide Foundation

Paolo Freire Institute

Millennium Chapel

SOS Malta

Dar Merhba Bik

Youth Alive Foundation

Social Assistance Secretariat

Kummissjoni Djocesana Djakonija

Dar tal-Providenza

Society St Vincent De Paule

Church Homes for the Elderly

Ufficcju Hidma Pastorali mal-Persuni Separati

Mater Dei and Sir Anthony Mamo Oncology Centre Chaplains

RISE Foundation

Dar Hosea

Peace and Good Foundation

Migrants Commission

Kummissjoni Gustizzja u Paci

Osanna Pia Foundation

Fondazzjoni Sebħ

Life Network Foundation

Karl Vella Foundation

Malta CAN (Children’s Associations Network)

National Association of Pensioners

H.E. President Emeritus Marie Louise Coleiro Preca

Professor Andrew Azzopardi, Dean, Faculty of Social Wellbeing, UoM

Dr Claire Azzopardi Lane, Deputy Dean, Faculty of Social Wellbeing, UoM

Dr Colin Calleja, Dean, Faculty of Education, UoM

Dr Michelle Attard Tonna, Deputy Dean, Faculty of Education, UoM

Dr Sandra Scicluna, Head, Department of Criminology, Faculty for Social Wellbeing UoM

Georgina Debattista, Visiting Senior Lecturer, Faculty for Social Wellbeing, UoM

Max Cassar, Department of Psychology, UoM

Angela Caruana - Children's Rights Activist

Partit Nazzjonalista

About

Jekk se tagħmilha fuq qalbek, tagħmilhiex. Imma jekk se tagħmilha ghax tħobb... Kun il-Bidla