Wara t-talba formali li l-Oppożizzjoni għamlet fil-Parlament nhar is-7 ta' Diċembru, sar ukoll kuntatt mad-deputat Laburista Joe Mizzi li hu ċ-Chairperson tal-Kumitat permanenti dwar il-petizzjonijiet sabiex jitlaqqa’ b’urġenza l-kumitat permanenti dwar il-petizzjonijiet u ssir diskussjoni dwar petizzjoni minn 53 għaqda u individwi dwar il-liġi tal-kannabis.

Peress li sal-lum baqgħet mingħajr risposta,  l-Oppożizzjoni formalment kitbet liċ-Chairman sabiex b’mod urġenti, u qabel jittieħed il-vot dwar il-liġi tal-kannabis nhar it-Tlieta 14 ta’ Diċembru, jitlaqqa’ dan il-kumitat.

Fl-ittra tagħha, l-Oppożizzjoni fakkret li kull proċedura li teżisti fil-ħidma Parlamentari tista’ tinbidel jew tiġi modifikata bi qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra. Dan allura jfisser, li biex jitlaqqa’ dan il-Kumitat m’għandu jkun hemm l-ebda problema ġaladarba l-Gvern jaqbel mal-Oppożizzjoni li din hija materja serja, urġenti u ta’ importanza nazzjonali.

Il-membri tal-Oppożizzjoni li jiffurmaw parti minn dan il-Kumitat huma disposti jiltaqgħu fi kwalunkwe ħin u ġurnata qabel il-vot sabiex din il-petizzjoni tiġi diskussa u l-Gvern jieqaf jgħaddi romblu minn fuq kulħadd.

Robert Cutajar

Whip tal-Grupp Parlamentari

tal-Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

About

Jekk se tagħmilha fuq qalbek, tagħmilhiex. Imma jekk se tagħmilha ghax tħobb... Kun il-Bidla