Jidher ċar li l-Partit Laburista jinsab f’paniku għax qed ikollu jirrikorri għall-gideb dwar il-Partit Nazzjonalista biex jiddevja l-attenzjoni.

Kuntrarjament għal dak li qal Owen Bonnici, Bernard Grech għamilha ċara li Gvern Nazzjonalista mhux se jirtira il-liġi tal-kannabis.

Gvern immexxi minn Bernard Grech se jistudja l-impatt li qed tħalli r-riforma tal-kannabis bil-ħsieb li jiġi żgurat li titnaqqas il-ħsara. Din hija l-pożizzjoni konsistenti tal-Partit Nazzjonalista mill-ewwel jum li daħlet fis-seħħ din il-liġi.

Jidher ċar li l-Partit Laburista huwa bla ideat u mwaħħal fil-passat.

Minflok jitkellem dwar xi viżjoni għall-pajjiż, qatta’ konferenza tal-aħbarijiet jitkellem dwar Bernard Grech, bħalma għamel Robert Abela lbieraħ filgħaxija f’waħda mill-uniċi intervisti li ta minn mindu laħaq Prim Ministru.

Robert Abela jinsab f’paniku, wara li għal darb’oħra reġa’ nqabad. Paniku li qed iwasslu biex jagħmel azzjonijiet li jsiru f’pajjiż li fihom id-demokrazija hi mhedda, bħal bojkot lill-ġurnalisti u saħansitra jibgħat drone fuq id-dar tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista.

 

15.02.2022

Partit Nazzjonalista

About

Aħna lesti biex inkunu MIEGĦEK 💪 Miegħek. Għal Malta 🇲🇹 pn.org.mt