Robert Abela llejla kkonferma kif f’sentejn bħala Prim Ministru inqata’ mir-realtá ta dak li għandu bżonn pajjiżna. Robert Abela sejjaħ l-abbozz ta’ liġi li jimplimenta l konklużjonijiet tal-inkjesta pubblika bħala gimmick.

Robert Abela qal li f’sentejn ma kellux każ wieħed ta governanza ħażina, fl-istess waqt li fl-aħħar minn sensiela ta’ skandli, Chris Fearne ta xogħol lill-campaign manager tiegħu ta' €13,000 fix-xahar minn flus il-poplu.

Robert Abela llejla ta l-ikbar konferma li sentejn bħala Prim Ministru huma iktar minn biżżejjed u pajjiżna għandu bżonn mill iktar fis tmexxija serja li ddawwar id-direzzjoni ta’ pajjiżna u terġa’ tgħolli isem pajjiżna.

15.01.2022

Partit Nazzjonalista

About

Aħna lesti biex inkunu MIEGĦEK 💪 Miegħek. Għal Malta 🇲🇹 pn.org.mt