Wara l-konferma li f’pajjiżna issa hawn il-varjant tal-Omicron, il-Partit Nazzjonalista jingħaqad mal-awtoritajiet tas-saħħa fl-appell biex il-poplu jkompli jikkonkorri għall-vaċċin u l-booster.

Il-Partit Nazzjonalista jisħaq li l-Gvern għandu jkun aktar effiċjenti u ffukat f’dawn iż-żminijiet ta’ sfida għas-settur tas-saħħa. Huwa ta’ għajb li l-problemi li ħoloq Robert Abela stess bid-dgħufija fit-tmexxija tal-grupp parlamentari tiegħu mhux iħalluh jiffoka kif għandu jkun.

Huma bosta l-esperti li ilhom jiem jappellaw lill-gvern biex jieħu azzjoni u ma jittraskurax is-saħħa pubblika. Gvern li minkejja l-isfidi li qed jaffaċċja s-settur qed jibqa’ jberbaq flus il-poplu Malti fuq deal korrott ma’ Steward tant li fil-konferenza tal-aħbarijiet Chris Fearne baqa’ jiddefendi dan il-kuntratt.

Partit Nazzjonalista

About

Jekk se tagħmilha fuq qalbek, tagħmilhiex. Imma jekk se tagħmilha ghax tħobb... Kun il-Bidla