Il-Programm Elettorali Viżjoni għal Malta 2030 huwa l-qafas ta' programm ta' ħidma li fuqu Gvern Nazzjonalista ser iġib il-bidla li pajjiżna tant għandu bżonn. Dan il-Pakkett Speċjali ta' Miżuri huwa intiż biex jispjega f'aktar dettall kif gvern immexxi minn Bernard Grech ser iwettaq il-ħidma mwiegħda f'dan il-qasam fil-Programm Elettorali.

L-isport hu wieħed mill-pilastri li fuqu ser nibnu l-iżvilupp soċjoekonomiku ta’ pajjiżna.

Gvern Nazzjonalista se jimpenja ruħu bis-sħiħ li jwettaq aġenda mill-aktar intensiva biex l-atleti żgħażagħ tagħna, kemm jekk stabbiliti jew professjonali u kemm jekk le, ikunu jistgħu jiksbu eċċellenza jew avvanz fl-isport bħala parti integrali mill-avvanz tas-soċjetà u talekonomija tagħna.

AQRA f'aktar dettall:

Partit Nazzjonalista

About

Aħna lesti biex inkunu MIEGĦEK 💪 Miegħek. Għal Malta 🇲🇹 pn.org.mt