Naħseb problema li l-partit nazzjonalista jista' jsolvi għal għawdex, u din ma tiġi ddiskussa imkien, min l-ebda politika, hija l-problema tal-populazzjoni. Il-populazzjoni ta' Malta qeda' tikber b'rittmu mgħaġġel, filwaqt ta' Għawdex qeda' tiżdied b'xi 100 fis-sena.
Hemm bżonn policies sabiex jissalvagwardjaw li l-populazzjoni ta' Għawdex tikber, (qed nesaġera hawn), tikber eżempju b'10,000 persuna, fl-għaxar snin li ġejjin. Immaġina jekk jiġri dan, ara x'suq akbar jkollna, ara kemm jikber kieku il-bejgħ tal-propjeta', in-numru tal-istudenti fl-iskejjel tagħna, eċċetra. Dan kollha joħloq effett multiplikat, fejn bil-populazzjoni tal-Għawdxin stess izzid ix-xogħol għal Għawdxin f' għawdex stess, għax is-suq ikun akbar u jiflaħ aktar.
Hemm bżonn policies li jiġġieldu l-brain drain, hemm bżonn policies li huma indirizzati lejn koppji għawdxin sabiex jattirawhom jibnu l-ewwel dar tagħhom Għawdex u mhux Malta. Ma jfissirx li hija xi ħaġa ħażina għal l-għawdxin li jemmigraw lejn Malta, wara kollox aħna pajjiz wieħed, imma hemm bżonn nagħtu allok, li l-għawdxi jkollhu għażla aktar faċli li jagħżel lil art twelidu.
Nikkonkludi, billi nerġgħa ntenni l-argument tiegħi, jekk il-populazzjoni ta' nies li joqogħdu f'għawdex jiżdied, u jiżdied b'numru radikali, l-effett ser jkun wisq b'vantaġġ għal progress ta' Għawdex. Min jagħmel l-argument li dan ħa jwassal għal ħafna zvilupp zejjed għal għawdex, ma għandux raġun. L-awtoritajiet jridu jkunu attentivi sabiex dak li diġa ġara f' marsalforn u xlendi (overdevelopment), ma jkompliex iseħħ f'zoni oħra. U bħalissa hemm ħafna bini, bili għawdex qed jbati' jkoll mil-fenominu tal-aging population, hemm ħafna bini okkupat min xjuħ, jew huwa vojt u mhux qed jintuża. Jew qiegħed għal bejgħ.
Nittama li din tkun policy tal-partit. Grazzi.
Populazzjoni hija s-soluzzjoni
Jgħogbok dan is-suggeriment?
Kun l-ewwel li tikkumenta
Sign in with