Il-Partit Nazzjonalista bi proposti għal għajnuna konkreta u finanzjarja għall-industrija lokali.

Malta hija gżira stat, bħal Ċipru, u allura ikkonsidrata bħala cirkostanza partikolari li timmerita għajnuna speċjali (mill-Istat) biex tingħeleb l-insularita’. Għall-pajjiżna, l-insularita' tfisser aktar spejjeż għall-importatur u għall-esportatur. Finalment, il-konsumatur Malti ukoll qed iħallas għal dawn l-ineffiċjenzi ġaladarba kważi kollox jiġi importat.F’konferenza tal-aħbarijiet il-Kelliem għax-Xogħol, it-Taħriġ, Kompettivitá u Intrapriża, Jason Azzopardi u l-kandidati Stanley Zammit u Noel Muscat ħabbru sensiela ta’ proposti b’saħħithom biex flimkien mal-operaturi fil-qasam tal-loġistika, imprendituri u korpi konċernati, l-industrija tkun mgħejuna tegħleb l-isfidi ta’ l-insularitá permezz ta' strutturi effettivi u effiċjenti, infrastruttura moderna u ħadra, sistemi diġitali integrati u simplifikazzjoni ta' proċeduri mingħajr burokrazija.

Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista jgħin lill-industriji Maltin, lill-imprendituri u intrapriżi żgħar, medji u kbar bil-fatti sabiex jegħlbu l- iżvantaġġi li għandhom minhabba l-insularita ta’ Malta.Gvern Nazzjonalista joffri soluzzjonijiet billi:

  • Jitwaqqaf fond nazzjonali, intiż biex il-Gvern jassisti lill-industrija lokali, imprendituri u SMEs sabiex jitnaqqsulhom id-diffikultajiet u spejjeż żejda kkawżati mill-insularitá ta' gżiritna. Id-daqs tal- fond ivarja minn sena għall-oħra u jiddependi fuq mekkaniżmu maqbul mal-korpi kostitwiti rilevanti f’dan il- qasam. Fl-ewwel sena ta’ Gvern Nazzjonalista dan il-fond ser ikun ta’ €40 miljun.
  • Isir l-investiment neċessarju f'intermodal hub internazzjonali strateġiku u ħolistiku li jgħaqqad il- merkanzijja trasportata b'modi differenti minn, lejn u f'pajjiżna.
  • Tiżdied l-aċċessibilitá għal prodotti u għas-servizzi Għawdxin għal Maltin u dawk Maltin għall-Għawdxin.
    Ninċenitvaw investiment fi Pjattaformi Diġitali komuni u aċċessibbli permezz ta' Application Programming Interfaces għall-industriji, għall-imprendituri u għall- SMEs kif ukoll għall-operaturi fil-qasam u għall-entitajiet governattivi bħad-Dwana, Dipartiment tal-VAT u Uffiċċju Nazzjonali tal-iStatistika.
  • Insaħħu l-infrastruttura lokali sabiex prodotti mixtrija mill-konsumatur Malti b'mod diġitali jaslu għandu bl-aktar mod effettiv u faċli u bl-inqas inkonvenjent u spejjeż kemm għall-konsumatur kif ukoll għall-bejjiegħ.

B’dawn il-proposti Malta tkun aktar kompetittiva u produttiva u għalhekk iwasslu biex jinħolqu impjiegi ta' kwalitá u jiżdiedu l-pagi tal-ħaddiema.

Partit Nazzjonalista

About

Jekk se tagħmilha fuq qalbek, tagħmilhiex. Imma jekk se tagħmilha ghax tħobb... Kun il-Bidla