Il-Partit Nazzjonalista illum nieda sensiela ta’ proposti maħsuba sabiex itejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema fis-settur pubbliku, filwaqt li jassigura li dawn iwasslu sabiex ikollhom kwalitá ta’ ħajja ahjar. Dan billi fost l-oħrajn, ikollhom l-opportunitá sabiex jikbru fil-karriera tagħhom u jtejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.

Ghal dan il-ghan, f’konferenza tal-ahbarijiet indirizzata llum mid-Deputati Karl Gouder u Joe Ellis u l-kandidat għall-elezzjoni ġenerali Ivan Castillo, il-Partit Nazzjonalista wiegħed li bħala Gvern ġdid alternattiv, sejjer jassigura li l-kundizzjonijiet tal-impjegati fis-settur pubbliku, filwaqt li jigu ssalvagwardjati, jigu mtejba kull fejn possibbli, filwaqt li jiġi żgurat servizz ta’ kwalità għaċ-ċittadini kollha.

Il-proposti mħabbra mill-Partit Nazzjonalista huma:

  1. Reviżjoni fl-iskali tas-salarji tal-gvern biex jirriflettu s-suq ħalli jkunu attirati l-aħjar nies lejn is-servizz pubbliku.
  2. Il-ħaddiema jkunu inċentivati għal iktar effiċjenza f’xogholhom u dawk li jaħdmu ħafna jkunu kumpensati b’mod xieraq, fosthom permezz ta’ performance bonus.
  3. Tkun rikonoxxuta l-esperjenza u l-ħaddiema jiġu motivati biex jinvestu aktar fil-karriera tagħhom
  4. Sistema trasparenti li tiffaċilitá trasferimenti tal-ħaddiema fejn fuq talba tal-haddiema stess isir dan it-trasferiment li jigi pprocessat fi zmien iqsar. Ukoll, dawk il-haddiema li sofrew transfers ingusti, kontra x-xewqa taghha, ser ikunu jistghu jappellaw minn dan, u jergghu jintbaghtu lura.
  5. Ikunu imsaħħa l-miżuri li huma favur il-familja ghal bilanc ahjar bejn ix-xoghol u l-hajja, li jinkludu fost l-ohrajn it-tishih tat-teleworking u r-remote working.
  6. Tkun iffaċilitata aktar il-flessibiltá f’każijiet ta’ certu mertu. Dan jinkludi li tizied il-capping prezenti ta’ 16-il siegha ghal sitwazzjonijiet familjari urgenti.
  7. Ikun hemm promozzjoni għall-eżerċizzju fiżiku filwaqt li tiġ mħarsa s-saħħa mentali tal-impjegati

Dawn il-proposti juru car kemm Gvern gdid Nazzjonalista hu kommess li fl-ewwel ftit xhur tieghu, jimplimenta bidla għall-impjegati fis-Settur Pubbliku billi jiggarantixxu stabbiltà u kwalità ta’ xogħol aħjar.

Partit Nazzjonalista

About

Aħna lesti biex inkunu MIEGĦEK 💪 Miegħek. Għal Malta 🇲🇹 pn.org.mt