Minħabba ż-żieda qawwija ta’ każijiet ta’ Covid-19 u anke fid-dawl tal-impatt li din iż-żieda qed iġġib fuq is-settur tal-catering u t-turiżmu, b’mijiet ta’ titjiriet imħassra fl-ewwel tliet xhur tas-sena li ġejja, il-Partit Nazzjonalista jemmen li l-Gvern għandu jgħin lis-settur b’mod immedjat.

Għal dan il-għan il-Partit Nazzjonalista jipproponi li:

  • Sa Marzu li ġej għandhom jitneħħew it-tariffi relatati mal-liċenzji tal-Awtoritá Maltija għat-Turiżmu.
  • Il-VAT għar-ristoranti u bars għandha tonqos għal 7% bħal fil-każ tal-lukandi.
  • Il-Gvern għandu jintervjeni kif wiegħed dwar iż-żieda fil-prezz tal-heating fuel oil li żdied bi 8% min-Novembru sa issa.
  • Il-Wage Supplement jiġi estiż sa Maruz tas-sena 2022.
  • L-Awtoritá Maltija għat-Turiżmu u l-Ministru jieqfu jonfqu flejjes allokati għas-settur fuq id-distrett u minflok jikkonċentra aktar fup pjan ta’ marketing għall-pajjiżna u jinvesti f’setturi ta’ turiżmu li jinsabu mitluqa.

Il-Partit Nazzjonalista jemmen li jekk vera rridu nsalvaw dan is-settur fi żmien hekk diffiċli, il-gvern għandu jagħti każ dawn il-proposti u jimplimentahom mill-aktar fis.

Partit Nazzjonalista

About

Aħna lesti biex inkunu MIEGĦEK 💪 Miegħek. Għal Malta 🇲🇹 pn.org.mt