ŻOMM AĠĠORNAT:

Konsultazzjoni dwar id-Dokument tal-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ 2021 - 2030

Iż-żgħażagħ huma wieħed mill-aktar elementi importanti fis-soċjetà tagħna. Bħala Partit Nazzjonalista, aħna determinati li nagħtu liż-żgħażagħ spazju ewlieni biex ikunu kontributuri ewlenin fit-tfassil tal-futur ta’ pajjiżna.

Kif stqarr il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Dr Bernard Grech fir-replika tiegħu għad-diskors tal-baġit “aħna nemmnu bis-serjetà fiż-żgħażagħ tagħna, u allura poġġejna dan il-qasam bħala wieħed mill-pilastri ewlenin tal-viżjoni tagħna li ser jippermettilna nirriġeneraw il-fibra soċjali ta’ dan il-pajjiż biex ninfetħu għall-ideat, l-innovazzjoni, il-kreattività u l-enerġija li għandhom iżżgħażagħ. Qed nagħtuhom din l-importanza għaliex nemmnu li ż-żgħażagħ mhumiex sempliċement qegħdin hemm għar-ritratti jew biex jiġu użati konvenjentament għal xi konferenza, iżda għax huma għandhom il-kapaċitajiet kollha li jwettqu u jikkontribwixxu sabiex jagħmlu l-viżjoni realtà”.

Għall-Partit Nazzjonalista, iż-żgħażagħ mhumiex biss il-futur iżda huma wkoll il-preżent; iż-żgħażagħ mhumiex l-ispettaturi iżda l-protagonisti ewlenin. Għalhekk poġġejna ż-żgħażagħ fuq quddiemnett tal-aġenda tagħna.

Dokument imressaq mill-Onor. Robert Cutajar Kelliem tal-Oppożizzjoni għaż-Żgħażagħ

Website.jpg

Tista' tniżżel dan id-dokument HAWNHEKK.