Ilbieraħ jien u Adrian Delia ressaqna protest ġudizzjarju biex tinżamm responsabbiltà għad-danni kollha li qed isofri l-poplu Malti
b’konsegwenza tal-kuntratt ma’ Vitals.
Il-kuntratt tal-Vitals sar bi ksur tal-liġi u ġie meqjus mill-Istat stess li ma jagħtix valur għall-flus liċ-ċittadini Maltin. Għaldaqstant dan għandu jiġi mitmum minnufih u m’għandhomx jiġu allokati aktar miljuni għalih.
Jekk ikompli jitfa’ l-flus fuq kuntratt illegali, mela l-membri kollha tal-Gvern qed jirrendu ruħhom kompliċi fis-serq u l-illegalità a spejjeż tal-poplu Malti.
Għal darba oħra l-Partit Nazzjonalista qed jibqa’ tarka taċ-ċittadin. Din hija l-vokazzjoni tal-Partit Nazzjonalista: partit tan-nies, partit li jaqbeż għan-nies, partit li lest jaffronta l-poter u l-abbuż biex jara li inti tieħu dak li ħaqqek.

Bernard Grech

About

Kap tal-Partit Nazzjonalista. Kandidat għall-Elezzjoni Ġenerali fuq il-5 u il-11 Distrett.