Robert Abela llum fl-aħħar aċċetta l-proposta tal-PN li jibda jirrifondi koppji li jonfqu eluf fuq medikazzjoni tal-IVF.

Robert Abela dam xhur jiċħad li l-pazjenti kienu qed jonfqu flushom fuq l-IVF. Saħansitra uża lix-Xandar Nazzjonali TVM biex ikabbar din il-gidba.

Iżda wara xhur ta’ pressjoni mill-Kap tal-PN Bernard Grech, Abela fl-aħħar ġie mġiegħel jagħmel ġustizzja mal-koppji li jagħmlu l-IVF.

Il-Partit Nazzjonalista diġà qed jirnexxielu jibdel il-pajjiż mill-Oppożizzjoni. Immaġina x’jista’ jagħmel fil-gvern.

Illum Robert Abela attakka wkoll ġurnalisti li kixfu r-relazzjoni tiegħu mal-kriminali. Minflok iwieġeb il-mistoqsijiet, huwa jsostni li l-ġurnalisti qed jgħawġu l-fatti biex jiżirgħu d-dubju. Robert Abela għandu jwieġeb il-mistoqsijiet li qed jagħmlulu s-Sunday Times of Malta dwar ir-relazzjoni tiegħu mal-kriminali.

Il-Labour huwa partit tal-passat li qed iħassar il-futur ta’ Malta.

 

13.02.2022

Partit Nazzjonalista

About

Aħna lesti biex inkunu MIEGĦEK 💪 Miegħek. Għal Malta 🇲🇹 pn.org.mt