Il-Programm Elettorali Viżjoni għal Malta 2030 huwa l-qafas ta' programm ta' ħidma li fuqu Gvern Nazzjonalista ser iġib il-bidla li pajjiżna tant għandu bżonn. Dan il-Pakkett Speċjali ta' Miżuri huwa intiż biex jispjega f'aktar dettall kif gvern immexxi minn Bernard Grech ser iwettaq il-ħidma mwiegħda f'dan il-qasam fil-Programm Elettorali.

Nagħtu dinjità lil kull min b’xi mod jew ieħor jesperjenza diffikultajiet ta’ saħħa mentali, għax kull persuna jixirqilha l-aqwa kura u wens b’mod ħolistiku bħala bniedem lil hinn mid-diffikultajiet u ċ-ċirkostanzi kollha tal-ħajja.

Dan il-qasam se jingħata l-importanza u l-investiment li jixraqlu b’mod ħolistiku bl-involviment tal-għaqdiet mhux governattivi kollha fis-settur biex noffru tassew l-aqwa servizz possibbli b’rispett u b’dinjità.

AQRA f'aktar dettall:

Partit Nazzjonalista

About

Aħna lesti biex inkunu MIEGĦEK 💪 Miegħek. Għal Malta 🇲🇹 pn.org.mt