Robert Abela għandu minnufih jikkundanna l-aġir tal-progandista Laburista mħallas mit-taxxi tal-poplu Karl Stagno Navarra

 

Robert Abela għandu minnufih jikkundanna l-aġir tal-propagandista Laburist li hu mħallas mit-taxxi tal-poplu, Karl Stagno Navarra, wara li lbieraħ akkuża żewġ ġurnalisti li huma aġenti kkoordinati tal-kaos.  

Il-ġurnalisti kienu qed isaqsu mistoqsijiet ovvji: Għaliex Robert Abela ħassar l-vjaġġ tiegħu għad-Dubai Expo, lejliet ir-rejd fid-dar ta’ Joseph Muscat? Kien jaf li se jseħħ dan ir-rejd?  

Minflok wieġeb il-mistoqsija u ddikjara jekk kienx jaf jew le bir-raid tal-pulizija, Robert Abela ħarab milli jwieġeb, u ħalla f’idejn il-propagandista tiegħu biex jattakka l-integrità tal-ġurnalista lill-udjenza ta’ ONE TV. Din mhux l-ewwel darba li l-propagandista ta' Robert Abela inqabad jattakka l-media indipendenti, wara li kien intalab jirtira kummenti fil-konfront ta' ġurnalista ta' Lovin Malta f'Ottubru. 

Abela qed jaħrab ukoll mit-12-il Abbozz ta’ Liġi li ressaq il-Partit Nazzjonalista biex isaħħaħ il-ġurnaliżmu, is-saltna tad-dritt u jiġġieled il-korruzzjoni, il-kriminalità finanzjarja u l-mafja. 

L-aġir tal-propagandista ewlieni tiegħu, jikxfu l-intenzjonijiet veri ta’ Robert Abela, li l-kontribut ewlieni tiegħu minn mindu laħaq Prim Ministru kien li żarma għal kollox kull integrità ġurnalistika fuq TVM. 

Abela għandu jieħu azzjoni fil-konfront ta’ Stagno Navarra, li qed jitħallas sa €90,000 mill-Air Malta, biex jaħdem fuq ONE TV. Dan filwaqt li impjegati ġenwini tal-linja tal-ajru tilfu xogħolhom wara disa’ snin ta’ tmexxija finanzjarja ħazina mill-gvern Laburist. 

 

-- 

 

Robert Abela should immediately condemn the behaviour of taxpayer-funded Labour propagandist Karl Stagno Navarra who yesterday accused two journalists of being coordinated agents of chaos. 

The journalists were asking an obvious question: Why did Robert Abela cancel his trip to the Dubai Expo on the eve of the police raid on Joseph Muscat’s home? Did he know the raid was going to happen?  

Instead of answering the question and declaring whether he was informed of the police raid in advance, Robert Abela ran away from the questions and then got his lead propagandist to attack the integrity of the journalists to the audience of ONE TV. This is not the first time that Robert Abela's chief propagandist has been caught attacking the independent media, after being asked to withdraw comments against a Lovin Malta journalist in October.

Abela is also running away from 12 Bills proposed by the Nationalist Party to strengthen journalism, rule of law and help fight corruption, financial crime and the mafia. 

The behaviour of his lead propagandist shows the real intentions of Robert Abela, whose main contribution since being Prime Minister has been to totally dismantle any journalistic integrity on TVM.  

Abela should take action against Stagno Navarra who is being paid up to €90,000 by Air Malta to work at One TV while genuine employees of the airline lose their jobs due to nine years of financial mismanagement by the Labour government. 

 

21.01.2022

Partit Nazzjonalista

About

Aħna lesti biex inkunu MIEGĦEK 💪 Miegħek. Għal Malta 🇲🇹 pn.org.mt