Għal darb’oħra l-Gvern għamel U-turn. Robert Abela bela kliemu u kellu jirrikorri għal dak li qal il-Partit Nazzjonalista.

Robert Abela attakka lill-Partit Nazzjonalista għax konna ta’ vuċi għal eluf ta’ nies li kienu qed iħossuhom ddiskriminati mill-miżuri li ġew introdotti fis-17 ta’ Jannar.

Issa Robert Abela ġie fi kliem il-Partit Nazzjonalista u se jiba jneħħi l-miżuri fis-7 ta’ Frar li ġej.

Dawn il-miżuri kienu eċċessivi u diskriminatorji mill-bidu nett, u żiedu wkoll piż ieħor fuq min iħaddem li diġà kienu qed jiffaċċjaw diffikultajiet kbar fil-provvista tax-xogħol, żieda fl-ispejjeż u burokrazija żejda.

Il-Partit Nazzjonalista jtenni biex min jista’ jieħu l-vaċċin, jew il-booster, jieħdu. Iżda l-libertà tal-bniedem għandha dejjem tiġi rrispettata.

Robert Abela irid jieqaf ikun reattiv u jibda jiddeċiedi u jaġixxi fl-aħjar interess tal-poplu Malti u Għawdxi.

Partit Nazzjonalista

About

Aħna lesti biex inkunu MIEGĦEK 💪 Miegħek. Għal Malta 🇲🇹 pn.org.mt