Robert Abela illum abbanduna s-sitt distrett biex mill-ġdid jimpika ma’ Joseph Muscat biex jikseb aktar voti minnu fuq l-istess distretti li kien ikkontesta hu.
Abela ukoll ser idgħajjef numru ta’ kandidati oħra li jrid jeħles minnhom, konferma tal-ġlied intern li jeżisti fi ħdan il-Labour.
Abela beda d-diskors tiegħu llum billi qal li ma riedx jitkellem dwar il-passat. Imbagħad qatta’ l-ħin kollu jitkellem dwar amministrazzjonijiet Nazzjonalisti tal-passat.
Minflok skuża ruħu talli ħeba ż-żieda skandaluża fil-paga li ta lilu nnifsu biex jaqla’ €17,000 fix-xahar, ipprova jnessi l-problemi li qed jiffaċċjaw in-nies komuni.
Għal darb’oħra rrifjuta b’ras iebsa li jirrifondi dak li seraq il-gvern tiegħu mingħand in-nies, f’serq istituzzjonalizzat fil-kontijiet tad-dawl.
 
Minflok, sostna li ċ-ċekkijiet ta’ €100 li qed jingħataw lin-nies eżatt qabel l-elezzjoni huma biżżejjed biex jittrattaw l-għoli tal-ħajja, li dejjem qed jiżdied.
--
Robert Abela today abandoned the sixth district to start a petty rivalry with Joseph Muscat to get more votes than him on the same districts.
By doing so, Abela also weakens a number of other candidates he wants to get rid of, confirming the infighting that exists within Labour.
Abela began his speech today by saying he did not want to talk about the past. Then he spent the whole time talking about past Nationalist administrations.
Instead of apologising for hiding the scandalous pay rise he gave himself to earn €17,000 a month, he minimized the problems being faced by ordinary people.  
Once again he stubbornly refused to refund what his government stole from people in institutionalised theft of electricity bills.
 
Instead he claimed the €100 cheques being handed out to people just before the elections are enough to deal with the skyrocketing cost-of-living.
 
06.02.2022
Partit Nazzjonalista

About

Aħna lesti biex inkunu MIEGĦEK 💪 Miegħek. Għal Malta 🇲🇹 pn.org.mt