Il-Partit Nazzjonalsita jifraħ lil Roberta Metsola li għadha kemm ġiet eletta b’maġġoranza assoluta bħala President tal-Parlament Ewropew.

Il-Partit Nazzjonalista hu kburi b’Roberta Metsola, membru tiegħu li tirrappreżentah fil-Parlament Ewropew.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fl-ewwel reazzjoni qal li Roberta Metsola hi xempju tal-istandards politiċi li jħaddan dan il-partit u konvint li se tkun qed tħares l-interessi tal-poplu Ewropew bħal ma dejjem ħarset l-interessi tal-poplu Malti.

Il-Partit Nazzjonalista jawguralha għall-ħidma tagħha, konvinti li se tressaq aktar  l-Unjoni Ewropa eqreb lejn iċ-ċittadini ewropej.

 

18.01.2022

Partit Nazzjonalista

About

Aħna lesti biex inkunu MIEGĦEK 💪 Miegħek. Għal Malta 🇲🇹 pn.org.mt