Il-kura tas-saħħa mentali trid tkun maħsuba mill-ġdid biex televa l-kwalità tal-ħajja ta’ kull min b’mod jew ieħor jesperjenzaw sfidi ta’ saħħa mentali, partikolarment pazjenti u l-familji tagħhom. Ma’ jistax ikollna poplu b’saħħtu jekk is-saħħa mentali ma’ tingħatax l-istess importanza bħall-bqija ta’ l-oqsma tas-saħħa l-oħrajn.

Dan kien il-qofol ta’ konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Kelliem għas-Saħħa u r-rispons għall-Pandemija Stephen Spiteri kif ukoll il-kandidati għall-elezzjoni ġenerali Paula Mifsud Bonnici u Julie Zahra.

Il-kelliema sostnew li rridu nwarrbu kull forma ta’ stigma u preġudizzju lejn persuni bi sfidi ta’ saħħa mentali u pazjenti tas-saħħa mentali u naħdmu bla waqfien biex titkattar kultura ta’ rispett u dinjita’ lejn kull min ikollu bżonn din il-kura għaliex b’hekk biss nistgħu nassiguraw li kull pazjent jingħata t-trattament li għandu bżonn, f’waqtu.

Waqt il-konferenza tal-barijiet il-Partit Nazzjonalista nieda disa’ proposti ġodda li huma:

  1. Kampanja edukattiva biex negħlbu darba għal dejjem l-istigma soċjali.

  2. Insaħħu l-Kummissarju tas-Saħħa Mentali u noħolqu konsultazzjoni attiva ma’ service users u NGOs.

  3. Psikjatrija fil-komunità b’aktar ċentri tas-servizzi u taħriġ lit-tobba tal-familja.

  4. Emergency Psychiatry Team li jopera 24/7 u Mental Health Emergency Observation Unit.

  5. Day Centres għal persuni li ma jkunux jistgħu jaħdmu u sheltered housing bl-appoġġ ta’ professjonisti.

  6. Inwaqqfu l-prattika ħażina li vittmi ta’ dipendenzi perikolużi jiġu rikoverati fl-isptar mentali.

  7. Niżviluppaw formolarju li jaħseb għal ħtiġijiet speċifiċi tal-mard mentali u nwarrbu mediċini ġeneriċi.

  8. Sptar speċjalizzat integrat f’Mater Dei.

  9. Nagħlqu Monte Karmeli bħala sptar mentali u nittrasfromaw is-sit fi spazju miftuħ pubbliku.

Dawn il-proposti huma wkoll frott il-ħidma tal-clusters, li grazzi għad-diskussjoni fi ħdanhom qed joħorġu proposti li jżommu lill-bniedem fiċ-ċentru ta’ kull deċiżjoni li ttieħed.

Partit Nazzjonalista

About

Jekk se tagħmilha fuq qalbek, tagħmilhiex. Imma jekk se tagħmilha ghax tħobb... Kun il-Bidla