Suġġeriment għall- program elettorali. Il-pensjoni tal-bolla tingħata kollha lin-nies li kienu fl-Armata jew il-puliżija. Bħalissa l-pensjoni li tingħata hi bin-nofs. Dan għaliex hemm dawn in-nies għandhom il-pensjoni tas-serviżż - armata jew dik tal-puliżija. Dan mhux ġust għax wara kollox, il-bolla tħallset kollha u mhux ġust li tingħata parti biss minnha bl-skuża li diġa hemm pensjoni oħra. Il-pensjoni tas-serviżż ingħatat lin-nies tal-armata u l-puliżija għax dawn parti minn xogħolhom u li jissograw ħajjithom fil-qadi ta' dmirijiethom. Għalhekk kull pensjoni għandha tingħata kollha.