Hekk kif in-numri ta’ każijiet ta’ COVID-19 qed ikomplu jippersistu b’numri għoljin kuljum, il-Partit Nazzjonalista mill-ġdid jisħaq li l-Gvern għandu jkun aktar trasparenti fid-deċiżjonijiet li qed jittieħdu. Hemm bżonn li l-Gvern ma jibqax sieket u jħalli pajjiż fil-għama.

Hu importanti li l-awtoritajiet tas-saħħa jindikaw b’mod ċar liema varjant hu l-aktar dominanti fiċ-ċirkostanzi preżenti, il-poplu għandu dritt ikun jaf.

Il-Partit Nazzjonalista jisħaq li fid-dawl li falliet is-sistema tat-testing, u contact tracing għandhom b’mod regolat jiġu introdotti self-testing kits. B’hekk biss tista’ tittaffa l-problema li ġab il-Gvern b’nuqqas ta’ ppjanar serju.

Il-Partit Nazzjonalista jtenni għal aktar trasparenza mill-Gvern kemm fid-deċiżjonijiet li qed jieħu l-gvern u anke fil-mod kif qed jadotta l-istrateġija biex tkun miġġielda l-pandemija.

Partit Nazzjonalista

About

Jekk se tagħmilha fuq qalbek, tagħmilhiex. Imma jekk se tagħmilha ghax tħobb... Kun il-Bidla