Il-Partit Nazzjonalista jingħaqad ma’ diversi partiti u stati biex jawgura l-ħidma t-tajba lill-President tar-Republika Taljan Sergio Mattarella f’dan il-mandat ġdid tiegħu.
Mertu tal-kwalitajiet u talenti tiegħu l-maġġoranza tal-partiti politiċi ngħaqdu biex jivvutawlu mill-ġdid. Qbil fuq persuna li fl-esperjenza u formazzjoni demokristjana ta’ lura ħidma essenzjali. Messaġġ ċar għall-unitá u stabbilitá neċessarja għal kull stat f’dawn iż-żminijiet. Messaġġ ikbar għall-integritá, legalitá u onestá. Persuna li tagħraf l-isfidi fil-Mediterran u Ewropej.
Proprju għalhekk nwasslu l-awguri tagħna lill-istat li miegħu għandna relazzjonijiet politiċi tajbin ħafna.
Carm Mifsud Bonnici
Kelliem għall-Affarijiet Barranin
U Ewropej
Veronica Perici Calascione
Segretarju Internazzjonali
Do you like this page?