Il-Programm Elettorali Viżjoni għal Malta 2030 huwa l-qafas ta' programm ta' ħidma li fuqu Gvern Nazzjonalista ser iġib il-bidla li pajjiżna tant għandu bżonn. Dan il-Pakkett Speċjali ta' Miżuri huwa intiż biex jispjega f'aktar dettall kif gvern immexxi minn Bernard Grech ser iwettaq il-ħidma mwiegħda f'dan il-qasam fil-Programm Elettorali.

L-impjegati fis-Servizz Pubbliku huma s-sinsla tal-amministrazzjoni pubblika li jipprovdu s-servizzi tal-Gvern.

L-uffiċjali pubbliċi baqgħu jistinkaw f’xogħolhom minkejja n-negliġenza politika li nqabdet fiha l-amministrazzjoni pubblika f’dawn l-aħħar snin konsegwenza tal-klima instabbli u l-kilba għall-poter li ħakmet lill-eżekuttiv.

Għaldaqstant irridu niffukaw aktar fuq il-benesseri u l-iżvilupp personali tal-impjegati fis-Servizz Pubbliku, b’mod li l-Gvern ikun xempju għal min iħaddem u sabiex nerġgħu nibdew innisslu r-rispett lejn is-Servizz Pubbliku u l-ħaddiema tiegħu.

AQRA f'aktar dettall:

Partit Nazzjonalista

About

Aħna lesti biex inkunu MIEGĦEK 💪 Miegħek. Għal Malta 🇲🇹 pn.org.mt