Wara diversi ġimgħat li żort l-MCAST mal-Kap tal-Partit Bernard Grech u l-kollegi Clyde Puli u Justin Schembri, żammejt il-kuntatt mal-istudenti u diversi għalliema sabiex jikkomunikaw miegħi jekk ikollhom xi diffikulta.
Dawn il-ġimgħatejn ikkuntatjawni diversi studenti u għalliema bis-sitwazzjoni tal-mistħija li jinsab il-parking tal-MCAST ġewwa Raħal Ġdid wara li niżel ħafna ilma fil-parking u ħadd ma ħa azzjoni. Din ilha sejra ħafna snin.
Taħt Gvern Nazzjonalista l-iskejjel kollha b’mod partikolari l-MCAST dejjem ingħata priorita. Jeħtieġ li din is-sitwazzjoni degredanti għall-għalliema u għas-studenti tiġi ndirizzata minnufih.
Do you like this page?